Sunday, 13 July 2003

Tfal ta` alla izghar

Il-Kullhadd 

Kont ktibt artiklu b’dan it-titlu fil-KULLHADD tas-6 ta’ Frar 2000. L-argument kien li n-nazzjonalisti iharsu lejna l-laburisti u jarawna bhallikieku konna tfal ta’ alla izghar.

Jahsbu li l-laburisti gejjin minn xi razza inferjuri fejn ahna ma ghadnix dritt daqshom u dak li jghodd ghalihom ma jghoddx ghalina. Minn ghandna jippretendu li kollox jimxi preciz skond il-ligi filwaqt li huma l-ligijiet jistghu jghawguhom u jilwuhom kif iridu. F’dan isibu l-ghajnuna tax-xibka tal-poter li dejjem sostnithom. Xibka li dejjem rat kif ghamlet biex il-vizzji tan-nazzjonalisti jcekknuhom u l-virtujiet ikabbruhom. Bil-kontra il-virtujiet tal-laburisti icekknuhom u jonfhu l-vizzji u d-difetti li ghandna bhal ma ghandu kullhadd.

Aktar ma n-nazzjonalisti jdumu fil-gvern u aktar ma l-partit laburista jdum fl-oppozizzjoni dan is-sentiment jissahhah. Allura mill-ahhar elezzjoni ‘l hawn tistghu timmanaginaw kemm ckien ‘l alla tal-laburisti u kemm kibritlu rasu ‘l alla tan-nazzjonalisti.

Ghalhekk dehrli f’waqtu li nerga nikteb fuq dan is-suggett. Ghax il-verita’ hija li l-laburisti ahna ulied l-istess Alla. Ahna kapaci daqs u aktar minn haddiehor. Minn fostna hargu l-ahjar imhuh li jdawlu l-firmament ta’ l-intelletwali Maltin.

Izda sfortunatament konna ahna stess meta konna fil-gvern fis-sentejn neqsin ta’ bejn Ottubru 1996 sa Settemnru 1998 li sahhejna it-tezi li l-laburisti huma inferjuri. Flok ghamilna gustizzja mal-laburisti biex jiehdu dak li kienu gew ingustament imcahhda minnu, bdejna noqghodu attenti biex ma nghinux fid-deher lill-laburisti ghax inkella n-nazzjonalisti jghidu bina. Flok l-ewwel gibna parita’ bejn il-maltin kollha ridna li nimxu ma kullhadd l-istess meta l-laburisti kienu ilhom jigu diskrimanti disa’ snin. Ahna stess gibna l-laburisti li ma ghandhomx drittijiet bhan-nazzjonalisti li jigu protetti mill-gvern taghhom, u sahhahna l-fehma li l-alla taghna hu izghar minn tan-nazzjonalisti.

Dawn esperjenzi li jafhom kullhadd ghax wahda mir-ragunijiet li tlifna l-elezzjoni ta’ l-1998 kien propju habba li hafna laburisti homor skuri ma vvutawx bi protesta tal-mod kif mexa maghhom gvern laburista. Tant gie accettat dan li konna weghdna li meta nergghu nkunu fil-gvern ma naghmlux l-istess zball u l-gustizzja mal-laburisti ssir malajr halli nippruvaw bil-fatti li dak li jghodd ghan-nazzjonalisti jghodd ukoll ghal-laburisti. Nippruvaw li ma ahniex tfal ta’ alla izghar.

Izda nahseb li minn wara t-telfa elettorali ta’ April li ghadda dan it-twemmin li l-laburisti huma ulied alla izghar rega qabad l-gheruq sew. In-nazzjonalisti qed imexxu qishom il-laburisti ma jezistux u jippretendu li peress li ghandhom maggoranza, l-oppozizzjoni ghanda toqghod cicci bil-qeghda tara lilhom jirrenjaw u jaqsmu il-frott bejniethom. Meta ikun hemm xi glieda tkun xi wahda bejniethom fejn jitlewmu fuq kif ser jaqsmu. Hekk qed isir bhalissa rigward it-tender ghal-attrezzatura ta’ l-isptar il-gdid.

Izda ninkwieta meta ragunar bhal dan nergghu nibdew naccettawh ahna l-laburisti stess. Ghax ahna ghandna mohh daqs haddiehor. Ma ahniex bla mohh nacettaw kull ma jghidulna bla ma niggudikaw u nifhmu x’inhu sewwa u x’mhux.

Ghalhekk ninkwieta meta nisma lil min jghid li issa la tlifna l-elezzjoni li kien kien u li sar sar. Ninkwieta nisma min jirraguna li l-elezzjoni issa warajna u kull ma hemm bzonn huwa li noffru spazju lil-laburisti u lil kull min hu mdejjaq bin-nazzjonalisti ha jigu maghna ha nirbhu l-elezzjoni li gejja. Inweggha meta jghidu li t-tbengil tal-telfa ta’ l-elezzjoni issa beda jfiq u allura kollox rega gie ghan-normal u jekk naghmlu hekk zgur nirbhu l-elezzjoni li gejja.

L-elezzjonijiet ma jintrebhux hekk. Ma jintrebhux qisek qed tgholli munita u daqqa tigi wicc u daqqa tigi rgejjen u jekk tigi spiss rgejjen ma jkun gara xejn ghax wara ftit terga tigi wicc. L-elezzjonijiet mhumiex xi loghba tac-chance.

La l-partit qabbad li ssir analizi dwar ir-rizultat ta’ l-elezzjoni biex naraw kif u x’fatta gara li gara ma ghandniex ninsultaw l-intelligenza tal-laburisti billi ingibu ruhna bhallikieku din l-analizi qed issir ghalxejn. Ghandna nuru rispett lejn min qed jaghmel l-analizi, lejn il-Partit li qabbadhom u lejn il-laburisti li ghadom mugugha bit-telfa elettorali, billi nistennew ir-rizultat ta’ l-analizi qabel ma naghtu l-impressjoni li jghidu x’jghidu kollox ser jibqa’ kif inhu. Li m’hu se jkun hemm kontabbilita’ ta’ xejn.

Il-laburisti m’ahniex tfal ta’ alla izghar, ghandna mohh biex nahsbu daqs u aktar minn haddiehor u ma naccettawx li nigu trattati ta’ inferjuri la min-nazzjonalisti u wisq anqas minn taghna stess. 

No comments:

Post a Comment