Il-Kullhadd
Taghmel differenza kbira ghal partit politiku jekk l-istrategija
tieghu jwettaqix fuq bazi ta’ azzjoni jew re-azzjoni.
Kull partit politiku jfittex li biex ikollu success ha jilhaq
l-ghanijiet tieghu jipprova jiddomina l-agenda tal-pajjiz billi jmexxi fuq bazi
ta’ azzjoni u mhux joqghod jirrejagixxi ghal dak li jghid
haddiehor.
Wara telfa elettorali il-Partit Laburista qed jithabat biex iwettaq
din l-istrategija. Filwaqt li huwa
bzonnjuz u essenzjali li nanalizzaw u niflu ghaliex is-success tant mixtieq u
mwieghed ma rrizultax fl-ahhar elezzjoni, ma rridux inhallu spazji biex l-agenda
tal-pajjiz jaghmilha haddiehor.
Huwa ghalhekk f’waqtu li meta l-gvern qed kull ma jmur jigi dahru
mal-hajt, hekk kif johorgu fatti u figuri li jhammrulu wiccu u jigi stabbilit dejjem aktar car kemm
il-partit nazzjonalista ma kienx jixraqlu li jerga jiehu l-gvern, il-Partit
Laburista jrid juru ruhu oppozizzjoni attiva li tiddefendi l-interessi
tal-pajjiz u l-aktar tal-haddiema.
Ghalhekk filwaqt li l-Partit Laburista ghandu jiehu mertu talli dejjem
spjega car u bla habi il-qaghda kritika tal-finanzi u l-ekonomija tal-pajjiz,
huwa wkoll mehtieg li bhala oppozizzjoni serja l-Partit Laburista jkun parti
mis-soluzzjoni tal-problema li qed tifni l-pajjiz.
Fl-istess hin izda l-Partit ma jridx jibqa’ lura milli jiftah lilu
nnifsu biex bil-galbu u bla habi jara ghaliex ma gbidnix warajna magguranza
qawwija fl-ahhar elezzjoni minkejja li l-poplu kien imwissi car u tond dwar
il-mod irresponsabbli u perikoluz li l-gvern nazzjonalista kien qed imexxi
il-finanzi u l-ekonomija tal-pajjiz.
Bla ma nizvijaw l-agenda nazzjonali milli nuru lill-gvern gharwien
quddiem il-poplu bil-weghdiet li saru qabel l-elezzjoni, ma rridux li nahbu
l-analizi tar-rizultat ta’ l-elezzjoni biex ma nhallux lin-nazzjonalisti
jikkritikawna.
Fl-ewwel sena wara l-elezzjoni il-partit tellief bilfors irid jaghmel
ezami tal-kuxjenza sewwa. U dan ma
jistax isir bejn erba’ minn nies. Minn
ta’ lanqas irid jasal sal-livell tal-konferenza generali fejn kwazi elf delegat
jiehdu l-aktar decizjonijiet importanti tal-Partit. Jiddeciedu il-policies principali, jaghzlu
l-leadership u japprovaw il-programm elettorali u
l-kandidati.
Ghalhekk nifimha li huwa dover li l-analizi tar-rizultat ta’
l-elezzjoni tasal s’ghand id-delegati tal-konferenza generali biex dawn ikunu
jistghu jiehdu decizjonijiet importanti li mistennija minnhom b’mod
infurmat.
U hawn iqum il-punt li huwa impossibbli li dokument intern jistqassam
ma kwazi elf ruh u jibqa’ intern.
Ghalhekk trid taghzel. Jew jibqa
intern u jarawh ftit hafna b’mod li d-delegati jigu kostretti jivvutaw bla ma
jkunu infurmati jew jitqassam sewwa u ma jibqax intern.
Jien bil-wisq nippreferi t-tieni wahda. L-izvantagg li dokument intern jispicca
esternalizzat huwa bil-wisq anqas mill-izvantagg li d-delegati jigu biex
jiddeciedu fil-ghama.
Nhoss li ghandna wisq sensittivita’ dwar dak li jghidu nazzjonalisti
u l-media ta’ kontrina. Filwaqt li dan
naghtu kasu, ma nistghux noqghodu
nirrejagixxu ghal kritika ta’ haddiehor.
L-agenda taghna naghmluha ahna.
Naghmlu dak li jaqbel lilna, dak li jaqbel lill-partit u haddiehor jghid
li jrid. Ibqghu zguri li l-kritika ta’
l-avversarji ma ssirx ghax iriduna ahjar.
Issir biex taghmlilna l-hsara u ghalhekk ma ghandnix natuha importanza
zejda, tant li nieqfu milli naghmlu affarijiet kif inhuma fl-interess taghna
biex ma jikkritikawnix l-ohrajn.
Kemm il-darba esperjenzajtha din.
Jekk issir kritika u nazzjonalisti ma jghidu xejn allura ma gara
xejn. Jekk in-nazzjonalisti jesponuha
allura qishom gibdulna l-ispaga u noqomsu.
Flok niggudikaw il-kritika fuq il-merti taghha niggudikaw fuq kif
jirrejagixxu n-nazzjonalisti. Kien hawn
min sahansitra ghadda l-gudizzju bla ma qara l-original u qaghad fuq x’qalu ta’
kontrina.
Dan zball. L-agenda taghna
naghmluha ahna. Irridu nagixxu u mhux
nirrejagixxu. Naghmlu li hemm bzonn
specjalment fi zmien daqstant il-boghod mill-elezzjoni u mhux naghtu importanza
sproporzjonata lil media u lil kritika avversarja. Fuq kollox filwaqt li l-media ghandha
l-influwenza taghha ma rridux nassumu li l-media kollox u li bla parita’
fil-media ma nirbhux. Inkella tista
tghid li ma ghandna cans qatt nirbhu elezzjoni ghax ir-rizorsi taghna qatt
m’huma se jlahhqu mal-partit tas-sinjuri.
L-izvantagg li ghandna u jibqa’ jkollna fil-media irridu naghmlu
tajjeb ghalih b’policies tajba, policies cari , policies li jinfdu l-qalb u
l-mohh ta’ l-elettorat ghax biex tirbah trid kontenuit tajjeb l-ewwel u media
effettiva t-tieni.
Ghalhekk nhoss li f’dan iz-zmien ta’analizi, zmien ta’ riflessjoni,
zmien ta’ hsieb mil-gdid ta’ stratetiji li la jigu maghzula jifdal mill-anqas
erba snin biex jitwasslu u jikkonvincu sa elezzjoni ohra, hemm bzonn ta’ aktar
spazju ghall-analizi, ghal hsieb ta’ min ma jaqbilx f’kollox, u zgur ma naqbilx li din ticcahhad
lid-delegati li fl-ahhar mill-ahhar permezz tal-Konferenza Generali ghandhom ir-responsabbilta’ ta’ l-ahhar
ghazla.