Sunday, 24 August 2003

Direzzjoni

Il-Kullhadd 
 
Ma niskantax li fadal element zghir, imma zgur mhux ta’ min jittrakurah, ta’ laburisti genwini li qed isbuha difficli biex jifhmu u jaccettaw il-policy li addotta l-Partit Laburista wara l-elezzjoni li Malta bhala membru fl-UE hija rejalta li ma nistghux nibdluha. Li l-interess tal-Partit jitlob li naghrfu din ir-rejalta’ u naraw kif ser nikkonvincu l-magguranza li huwa l-Partit Laburista li kapaci jaghmel l-ahjar mill-opportunitajiet li toffri din ir-rejalta’ gdida.

Ma niskantax ghax wara li l-Partit kien ghamel policy qawwija fuq punt ta’ principju dwar li Malta ma jaqblilhix bi shubija fl-UE, tant li gieghel lil hafna laburisti jghatu l-vot taghhom lil PN la kellhom jaghzlu bejn il-Parit Laburista u shubija fl-UE, issa mhux la kemm tibdel l-imhuh u tinsa dak li kien ilu jinghad ghal hafna snin qisu m’hu xejn.

Izda r-rejalta’ tibqa’ dik li hi. Li jekk tassew irridu li l-Partit ikollu cans li jirbah il-gvern ma nistghux noqghodu nimxu lura u ‘l quddiem fuq policies daqstant importanti. Dawn huma passi irriversibbli li la darba jsiru ma tistax tipprova tregga l-arlogg lura daqs li kieku ma saru xejn. Jekk taghmel hekk taghmel hafna aktar deni milli gid fosthom billi tibqa’ ccahhad lil Partit mil-gvern minn fejn biss jista’ jwettaq il-policies li jemmen fihom.

Ghalhekk naqbel b’qawwa li ghal quddiem kull diskors li ghandna nhallu xi bieb jew tieqa miftuha biex nohorgu ‘l Malta mill-UE huwa suwicidali. M’inhiex nghid li haddiehor ma ghandux dritt li jahsibha hekk anzi nifhem li hemm diffikulta’ biex certu nies jghaddu minn pozizzjoni estrema ghal ohra.

Izda jekk irridu nkunu gvern alternattiv ma nistghux inkunu sors ta’ instabilita li jgerrex l-investiment u li jghaddi l-pajjiz min trawmi li anke pajjizi ferm akbar li jifilhu jaghmlu pass bhal dan qas biss joholmu li jaghmluh. Ghax sa hames snin ohra l-ekonomija tkun ilha fuq 4 snin integrata ma suq wiehed fl-UE u mhux la kemm tizgancjaha bla ma tqaccat it-tajjeb li jkun beda jinbet wara li tkun assorbejt ga il-mistura tar-ristrutturar ekonomiku li ser jigi imponut fuqna mid-dixxiplina tas-suq ta’ l-UE.

Jien dejjem sostnejt li filwaqt kont u ghadni nemmen li t-triq ta’ partnership kienet tkun ahjar ghal pajjizna, ma jfissirx li shubija fl-UE tfisser xi desert tal-wahx. Hafna drabi, barra jew gewwa, jekk naghmlux dezert jew gnien ihaddar jiddependi minna, mil-ghaqal u l-bzulija taghna u mis-serjeta’ li biha mmexxu pajjizna. Bla serjeta’ l-ebda UE ma se ssalvana u nizzerzqu fl-ghaks li jgib mieghu il-hela, l-ghazz u t-tberbiq bla sens. Bis-serjeta u l-bzulija nistghu nirnexxu anke fl-UE basta nahtfu l-opportunitajiet u ma noqghodux nibzghu bla htiega mill-iskumdita’ li ggib maghha l-bidla biex mill-ghazz nghaddu ghax-xoghol.

Jien li jdejjaqni huwa ghaliex kellna nitilfu elezzjoni biex naslu ghal punt li naccettaw il-verdett tal-poplu dwar l-UE. La issa qed naccettaw il-verdett tal-poplu dwar l-UE bhala rejalta’ gdida, x’zammna milli naccettaw dan qabel li referendum fuq il-materja kellu jkun l-ahhar kelma tal-poplu u mhux inzerzqu il-bicca sa l-elezzjoni? Ghaliex ikkonstriggejna lil hafna nies, inkluz hafna laburisti genwini, jivvutaw PN mhux ghax jemmenu li l-PN jixraqlu jkun fil-gvern izda ghax fehmu li pajjizna ma setax jitlef ic-cans li jidhol fl-UE bil-pakkett ga negozjat u maghluq?

Forsi ma kienx ikun ahjar kieku gvern laburista jbaxxi rasu ghar-rieda tal-poplu dwar l-UE, milli issa li qed ikollna inbaxxu rasna mill-oppozizzjoni?

Ghalhekk l-energija taghna ghal futur ma ghandix tkun biex nippruvaw inreggghu l-arlogg lura u fil-process noqghodu naghtu rigal wara l-iehor lin-nazzjonalisti biex jibqghu fil-gvern meta ma jixirqilhomx u meta l-poplu mxebba bihom.

L-energija taghna irridu nuzawha biex wara li nifhmu li kien zball li gieghelna l-poplu jaghzel bejna u bejn shubija fl-UE, nibnu policies ghal futur li jkunu accettati mhux biss mil-maggoranzi tad-delegati tal-Partit izda accettati wkoll mil-maggornza tal-poplu malti. Ghax jekk nibqghu fl-oppozizzjoni anke l-ahjar policies ma jiswew xejn ghax mill-oppozizzjoni tista’ biss tiddefendi mhux twettaq it-twemmin tieghek. 

No comments:

Post a Comment