Thursday, 21 August 2003

Insostenibbli

L-Orizzont 


Minn wara l-elezzjoni ‘l hawn kollox sar insostenibbli. Sa qabel l-elezzjoni il-finanzi tal-gvern kienu fis-sod. Issa il-gvern ammetta li ghandna deficit qawwi li ma jistax jigi traskurat izjed.

Donnu waqghet is-sahta fuq pajjizna minn April ‘l hawn. Fil-waqt li l-ekonomija dinjija tidher li stejqret sew fit-tieni kwart tas-sena wara li l-ewwel kwart kien imdallam bil-gwerra ta’ l-Iraq, f’Malta gara l-kuntrarju. Ix-xemx li kienet tizreg sat-12 t’ April tghattiet bi dlam iswed li qed jhedded il-maltemp qawwi.

Nhar it-tnejn li ghadda il-gurnal The Times , f’attentat car biex il-gvern jipprepara l-opinjoni pubblika ghal mizuri iebsa, habbar fuq il-faccata ta’ quddiem b’ittri kbar li s-sistema tas-sahha hija insostenibbli. U mar izjed minn hekk ghax qalilna li s-sitwazzjoni prezenti hija allarmanti.

Ipprova mur fittex xi haga dwar dan fil-programm elettorali tal-PN. Ma ssib xejn. Sa April kollox kien sostenibbli. Kollox kien hafif. Kollox kien miexi fuq ir-rubini. Anke fis-settur tas-sahha sar hafna ftahir bl-investiment li qed isir fl-isptar tal-Qroqq u anke fl-isptarijiet ezistenti halli jzommu s-sistema ghaddejja sa ma jsir it-trasferiment lejn tal-Qroqq. Saru cerimonji u vizti bil-cameras tat-TV biex juruna kemm se nkunu servuti tajjeb minn dan l-isptar. Mhux talli ma qalulniex li s-sistema tas-sahha kienet insostenibbli, talli sahqu fuq li sahqu kemm se nkunu servuti ahjar.

Issa l-affarijiet inbidlu. Issa l-elezzjoni ghaddiet. Issa ma jimpurtax li nwarrbu l-holm u nitkellmu fuq ir-rejalta’. U r-rejalta’ hija li dan il-gvern kien qed juza il-makkinarju propagandistiku kollu biex jurina stampa falza. Stampa li l-gvern kien jaf li mhix minna. Stampa li kien car li bilfors kella tibdel kuluritha wara l-elezzjoni.

U hemm ahna llum. Il-Ministru tas-Sahha qalilna li ma jistax ikun li spiza ta’ medicini titla’ minn Lm5.5 miljuni fl-1995 ghal Lm17 il-miljun din-is-sena. U ma tistax targumenta ma dan. Il-hela mhix tajba. M’ahniex xi pajjiz sinjur u kull sold li nonfqu irridu nahdmu ghalih. Izda ghaliex ma qalulniex sitt xhur ilu dan. Ma konniex nafuh li mhux sostenibbli sitt xhur ilu? Mela l-ispluzjoni fl-ispiza saret fl-ahhar sitt xhur?

U kif dawn l-istejjer johrogu, ma kull gurnata, inkompli nrodd is-slaleb bil-maqlub. Ghax aktar naghraf u nipperswadi ruhi li l-poplu mhux veru ivvota ghal partit nazzjonalista fil-gvern. Il-poplu mhux iblah. Bil-propaganda b’kollox il-poplu jaf li s-sitwazzjoni kienet kerha qabel l-elezzjoni u ghadha kerha llum. Ma sarux dizastri naturali jew waqa’ xi kastig mis-sema, li jista jiggustifika l-bidla.

Jien konvint aktar minn qabel li l-poplu ghazel it-triq ta’ l-UE bhala mezz ta’ dixxiplina biex jehles lil pajjiz minn flagell ikbar li jigi fuqna jekk l-affarijiet ikomplu jigu traskurati u mohbija. U forsi il-fatt li l-gvern qed johrog il-problemi fil-berah b’mod li ma kienx jaghmel qabel, hu frott is-sens ta’ rejalizmu li iggib maghha ir-rejalta gdida ta’ shubija fl-UE.

Lil min staqsini jekk l-UE ghandiex x’taqsam mat-telfa tal-Partit Laburista ghandi risposta cara. Iva ghandha x’taqsam hafna. Tant ghandha x’taqsam li bi strategija ta’ jew gvern laburista jew shubija fl-UE tajna premju lin-nazzjonalisti li jkomplu fil-gvern minkejja rekord miskin fit-tmexxija interna tal-pajjiz. Tant ghandha x’taqsam li bilfors iggieghlni nistaqsi li la accettajna l-UE bhala rejalta’ gdida wara l-elezzjoni ghala kellna ghalfejn nitilfu elezzjoni biex naslu s’hawn?

Dawn mistoqsijiet li jistaqsihom kull min tassew irid gid lil partit. Min tassew irid jibni u jfejjaq. Ghax il-fejqan tal-laburisti jista jigi biss minn haga wahda. Minn rebha li tpoggi il-partit fil-gvern fejn jixraqlu. Halli jkun jista’ jmexxi bl-onesta’ u l-entuzjajzmu ha jiddefendi l-interessi tan-nies tax-xoghol li huma l-unika forza li tista’ ggib il-vera bidla halli lil pajjizna nimmodernizzawh kif jixraq.

Ghalhekk nemmen li dan huwa zmien krucjali biex niipreparaw pedamenti sodi ghal futur. M’huwiex rejalstiku min jahseb li nistghu nibnu fuq it-terrapien biex ma naqalghux trab. Hu car li hemm opinjonijiet differenti dwar kif ghandna nimxu. Din haga naturali li wara disfatta elettorali johorgu linji ta’ hsieb diversi. Flok nohonquhom ghandna naghtuhom spazju. Fl-ahhar mill-ahhar il-policies tal-Partit johorgu minn decizjonijiet tal-Konferneza tal-futur li taghraf ir-rejaltajiet tal-lum u mhux minn decizjonijiet li saru fil-passat f’kuntest differenti.

Ghalhekk ma niddejjaqx insostni li wara li johrog ir-rapport ta’ analizi ghandhom jingibdu l-konkluzjonijiet minnu, jingharfu ir-responsabbiltajiet tad-disfatta, u mmorru ghal konferenza biex hemm naghzlu il-policies tal-futur. Hekk titlob id-demokrazija u d-decizjoni tal-magguranza torbot lil kullhadd. Anke lil min ma jaqbilx. Sa dak in-nhar ghandna nirrispettaw l-opinjoni ta’ kullhadd u mhux nimponu l-opinjoni taghna qabel ma ssir diskussjoni shiha fil-Konferenza.

In-nazzjonalisti tant dghajjfu l-istruttura finanzjarji tal-gvern li hafna affarijiet li bnewhom gvernijiet laburisti fis-sebghinijiet issa saru insostenibbli. Irid ikun l-ghaqal ta’ gvern laburista futur li jerga jgibhom sostenibbli. U biex naslu ghal dan dan irridu naddottaw policies sostenibbli li jinghazlu wara evalwazzjoni tal-fehmiet kollha mil-konferenza nazzjonali.

No comments:

Post a Comment