Il-Kullhadd
Meta kkritikajt il-budget li
ghadda jien kont ktibt hekk fit-Times fl-ewwel gimgha ta’ Dicembru tas-sena
2002:
‘The true deficit for next year is more like Lm113 million (as against the official Lm74million) and that only if new tax measures generating Lm6 million are announced out of budget. …..With this budget the Minister means to fudge the real issues and limp to the next election which will clearly come before the deficiency of the budget will have time to emerge.’
Meta l-gvern ikun dahru
mal-hajt isejjah ghal konsensus. Mhux
bhal meta jkun qed ihawwad u jghaffeg.
Dak jaghmlu wahdu. Il-gid ta’
l-infiq igawduh l-erba’ tal-qalba. Meta jispicca bhal iben
il-hali imbaghad ifittex il-konsensus.
Ghandu jkun li kull Awissu jgib mieghu xi krizi fil-pajjiz. Is-sena ‘l ohra kellna l-iskandlu li wassal
ghar-rizenja ta’ l-imhallfin. Dik
kienet sajjetta fil-bnazzi. Xi snin ilu
kellna l-inkwiet industrijali fl-MIA.
Din is-sena ghandna l-krizi fil-finanzi tal-gvern. Din izda mhix sajjetta fil-bnazzi. IL-maltemp fil-finanzi pubblici ilu
jingemgha. Din kienet ferm prevedibbbli
anke jekk il-gvern ipprova jghattiha ftit sa l-elezzjoni.
‘The true deficit for next year is more like Lm113 million (as against the official Lm74million) and that only if new tax measures generating Lm6 million are announced out of budget. …..With this budget the Minister means to fudge the real issues and limp to the next election which will clearly come before the deficiency of the budget will have time to emerge.’
Issa ninsabu ezatt fejn kont bassart. Il-Ministru ammetta li d-deficit ta’ din
is-sena mhux se jkun Lm74 miljun kif previst izda se jaggira mal-Lm120 miljun
jekk ma jittiehdux passi ohra. U nzid
nghid li din ic-cifra tiddependi minn jekk il-gvern idahhalx
Lm22 miljun fi grants taht il-protokolli finanzjarji ma l-Italja u ma l-UE ghax
jekk le id-deficit jista jitla sa Lm142 miljun. Id-dhul tal-flus mil-protokolli jaf jiehu
zmien ghax ikun hemm passi burokratici li mhux la kemm jigi
mghaggla.
Issa hemm qedin. Il-gvern
dahru mal-hajt, mghobbi b’impenji elettorali li jqumu hafna flus ma jidhirx li
ghandu soluzzjonijiet anke ghax jekk nergghu nzidu it-taxxa se mmorru kontra
l-kurrent dinji u nirrendu lil pajjiz mhux kompettiv u mhux attrajenti
ghall-investiment..
Bhala partit ta’ oppozizzjoni responsabbli din is-sejha ghal
konsensus ma nistghux ninjorawha anke jekk il-gvern ma jixraqlux ghajnuna. Ir-raguni kwazi tghidlek li r-risposta
ghandha tkun li la l-gvern ghaffeg wahdu issa sta ghalih li l-mizuri iebsin li
bilfors irid jiehu jitghabba huwa wahdu bil-piz tal-htija taghhom u mhux
jipprova jaqsam il-htija ma haddiehor.
Il-problema hija li ghandna gvern bla sinsla. Gvern li wahdu ma jasalx biex jiehu il-mizuri
li l-pajjiz tassew ghandu bzonn. U li
jekk inkomplu nittraskuraw ser nipperikolaw il-kollass finanzjarju
tal-pajjiz. U meta jigri dan ma jweggax
il-gvern. Iweggha l-aktar iz-zghir,
il-batut u dawk li jghixu mil-paga mil-pensjoni u mis-servizzi socjali. Dik hija r-ejalta, kiefra izda
rejalta’.
Ghalhekk nemmen li bhala oppozizzjoni serja, issa li elezzjoni ghada
‘l boghod hames snin, ghandna nhallu fil-genb il-partegjanizmu u noffru
l-ghajnuna ghal soluzzjoni nazzjonali biex jittiehdu l-mizuri li hemm bzonn
halli niskansaw saram kbir li jweggha u jghaffeg liz-zghir u l-batut.
Krizi ma jkolliex soluzzjonijiet facli. Krizi li ila tinbena snin fuq snin, frott
il-vizzji politici li jissagrifikaw it-tmexxija serja ghal vantagg politiku u
partiggjan, ma ghandix la soluzzjonijiet facli u lanqas soluzzjonijiet ta’
malajr li ma jikkawzawx ugiegh. Krizi
trid decizjonijiet kuraggjuzi biex il-problema tissolva u mhux tkompli tinkines
taht it-tapit sa ma tisplodi f’wicc kullhadd.
Izda ma nistghux lanqas naghmluha bhal martri u wara li sofrejna
telfiet elettorali ghax il-gvern seraq il-voti bil-flus tal-poplu, issa ndawru
wiccna u nghidulu jsawwatna fuq in-naha ‘l ohra billi nidhlu ghal piz
tal-konsensus halli nitghabbew ahna wkoll bil-piz tal-htija tas-soluzzjonijiet
li ma jistghux ikunu la facli u lanqas helwin.
Nemmen ghalhekk li jekk il-gvern tassew irid konsensus halli
niffaccajaw il-krizi flimkien irid jaccetta li mhux naqsmu l-morr biss izda
naqsmu wkoll il-helu. Ma jistax
il-gvern jippretendi li jigi jfittex l-ghajnuna taghna fl-imrar u fil-gawdjuz
ikompli jaghti lil-laburisti bis-sieq qisna t-tfal ta’ alla
izghar.
Nifhem li jekk il-gvern tassew irid il-konsensus il-Partit Laburista
ghandu opportunita biex jinnegozja konsensus fuq affarijiet ohra fejn ahna
ninsabu zvantaggati bl-ikrah.
U tajjeb li nirriflettu ghala l-poplu malti meta kien jaf bil-krizi
fil-finanzi tal-gvern (u ma niblagghix li hawn xi hadd li emmen li l-finanzi
tal-pajjiz kienu tajbin qabel l-lezzjoni meta ahna ippruvajna l-kuntrarju
bil-fatti u l-figuri) xorta jaghzel lil min ihawwad u mhux lil min jitkellem
bil-fatti. X’hemm daqstant hazin fil-partit laburista li
quddiem inkometenza bhal din il-poplu jaghzel l-inkompetenza u mhux lilna? Min jirrispondi li l-poplu ma jafx u jaghzel
fil-ghama ikun qed jinsulenta l-intellegenza tal-Maltin. Qabel ma naslu ghal konkluzjonijiet facli
tajjeb li nduru dawra maghna nfusna.
No comments:
Post a Comment