Thursday, 7 August 2003

Ghaqda

L-Orizzont 

 
Aktar ma johorgu fatti u figuri li juru f’liema stat tal-biki jinsab jih il-pajjiz aktar tugghani qalbi. Ghax kif inhuwa possibbli li quddiem dan is-saram kollu, saram li jaf bih kullhadd ghax spejgajnih bil-fatti u l-figuri, l-poplu Malti f’elezzjoni jerga’ jaghzel lil min holoq is-saram u mhux lil min fetahlu ghajnejh dwaru?

Hargu l-figuri tal-finanzi tal-gvern sa Gunju. Tal-wahx! Anke l-Minsitru Dalli kellu jammetti li l-budget ta’ din is-sena mar il-bahar u li d-deficit ser jisplodi. Min emmen il-billboard li l-finanzi tal-gvern jinsabu fis-sod tassew haqqu karrotta. Ftit emmuh! Izda ‘l hafna xorta ivvutaw lil min huwa l-kagun ta’ dan l-isfrattu. Sfrattu finanzjarju li jipperikola il-valur tal-paga, tal-pensjoni u tas-servizzi socjali.

Jien ma nemminx li l-poplu Malti bahnan. Ma tistax tassumi li kullhadd hazin u ahna tajbin u nibqghu nitilfu elezzjoni wara ‘l ohra sa ma fl-ahhar kullhadd jiskopri l-verita fina. Jekk naghmlu hekk nixjiehu fl-oppozizzjoni.

Ghax inqajjem argumenti bhal dawn fi zmien meta qed naraw il-kif u l-ghala tlifna elezzjoni ohra, halli nkunu nistghu nibnu fis-sod, nigi kkritikat b’mod dirett jew indirett li jien qed ntellef l-ghaqda fil-partit. Skond dawn ma ghandna naghmlu xejn u nzommu l-ghaqda billi nsostnu li ahna tajbin u l-poplu iblah.

Ma naqbilx la li l-poplu iblah u lanqas li l-kritika u l-analizi ttellef l-ghaqda. Inkella jkollna l-ghaqda u l-konsensus tac-cimiterju.

Jibqghu zewg argumenti validi li jsiru u li nhoss li tajjeb nirrejagixxi ghalihom. L-ewwel l-argument li din il-kritika ghandha ssir internament u t-tieni li fl-ahhar mill-ahhar trid issir ir-rieda tal-magguranza u min ma joqghodx ghar-rieda tal-maggurnaza skond il-principji tad-demokrazija m’hemmx lok ghalih fil-partit.

Ma dawn l-argumenti naqbel perfettament, izda immur oltre. Id-demokrazija jehtieg li tigi rispettata dejjem anke fil-process ta’ l-ghazla tal-leadership. Dan ma sarx. Ezawrejt il-mezzi kollha biex nfiehem dan bil-kwiet internament. Ghalhekk ma nistax f’isem l-istess demokrazija naccetta it-tradiment taghha.

Kullhadd jaqbel li ghandha ssir analizi profonda dwar x’hemm hazin fil-partit li qed igieghelna nitilfu elezzjoni wara ohra anke meta vantaggjati minn konfront ma gvern ghajjien u skadut. Din l-analizi qed issir u l-kontribut tieghi lejha tajtu. Izda jien ma nifhimx kif thalla li jsir il-process ta’ l-ghazla tal-Leader ghal hames snin li gejjin qabel ma ssir l-analizi. Jekk dan mhux kontra l-istatut zgur huwa kontra r-raguni. U ma kien hemm xejn xi jzomm li nimxu kemm skond l-istatut kif ukoll skond ir-raguni.

Meta tkellimt internament qaluli xott xott li kollox qed isir skond l-istatut u li d-decizjoni ittiehdet mill-Ezekuttiv Nazzjonali. Din nofs verita’. U nofs verita hija aghar minn gidba. Ghax veru li l-ezekuttiv nazzjonali iddecieda li ssir l-elezzjoni tal-Leader qabel l-analizi. Izda dan sar meta l-Leader kien ghamilha cara li mhux ser jikkontesta. Bir-ragun l-ezekuttiv nazzjonali ma setax jipposponi l-elezzjoni meta l-Leader kien ghamilha cara li jixtieq jirtira. X’naghmlu, nibqghu bla Leader?

Izda meta l-Leader bidel fehmtu wara li b’mod imprudenti intuzaw il-mezzi tal-partit biex jaghtuh vantagg car u qawwi ghal kuntest tal-leadership, hadd ma rega ressaq id-decizjoni mil-gdid quddiem l-ezekuttiv. Ippruvajt jien nikkonvinci bil-kwiet, fil-maghluq, bil-kelma t-tajba li ma jaghmilx sens li ssir l-elezzjoni tal-leadership qabel l-analizi galadarba l-leader kien bidel fehmtu u kien ser jikkontesta. Ippruvajt infiehem li l-ezekuttiv ghandu jerga jinghata cans jirrevedi d-decizjoni tieghu li kienet saret fuq premessa falza. Izda min kien ghalaq ghajnejh ghall-uzu imprudenti tar-rizorsi tal-partit ma ridx li jsir dan.

Rebhet il-procedura fuq ir-raguni. Ghax meta kellek cirkostanzi bhal dawn il-kontest tal-leadership gie ristrett immens. Kellek nies li kienu qed ilestu ghal kuntest li meta raw il-buzulotti ta’ l-ewwel ta’ Mejju rega’ bdielhom. Resqu lura ghax kien car li kuntest kien se jkun zlugat.

Nista’ noqghod kwiet mmur incapcap lil Leader ha nidher helu. Niftakar izda li kif toqrob elezzjoni ohra dawn l-affarijiet johroguhom l-avversarji taghna ha jaghmlu hsara massima lill-partit. Jergghu jirbhulna elezzjoni ghax inkunu qed nikkompetu bil-piz ma saqajna ta’ Leader li lahaq b’mod kuntenzjuz. U nergghu nitilfu l-lezzjoni. U z-zghir ikompli jbati. U l-laburist ikompli jaqlaghha fuq rasu. U n-nazzjonalisti tkompli tikbrilhom rashom ghax jahsbu li l-gvern taghhom b’cens perpetwu.

Facli toqghod kwiet. Izda ghax facli ma jfiissirx li huwa sewwa. U l-kwiet biex inzommu l-ghaqda ma jfissirx li huwa sewwa jekk mitmermru maghqudin fl-oppozizzjoni. L-ghaqda tigi mis-sewwa u s-sewwa tehtieg li l-affarijiet isiru bir-raguni. Ghax inkella l-kritika taghna lejn il-gvern ma tkunx kredibbli u nazzjonalisti jkomplu jigu eletti bis-sahha taghna aktar milli bis-sahha taghhom.

U kif tkompli tohrog l-inkompetenza tal-gvern tugghek aktar qalbek u terga tistaqsi x’hemm tant hazin fina biex nitilfu kontra inkompetenza bhal din?

No comments:

Post a Comment