Il-Kullhadd
Mur ara kieku hawn
Malta konna
California . Wara li domna xhur shah bejn il-budget ta’
Novembru 2002 u l-elezzjoni ta’ April 2003 nisimghu lill-gvern jassigurana li
l-finanzi tal-pajjiz jinsabu fis-sod u li qed jitjiebu u li allura l-gvern mhux
se jkollu problemi biex jiffinanzja l-impenji kbar li dahal ghalihom skond
il-pakkett ta’ shubija fl-UE, lanqas lahaq ghadda xhar li l-verita ma bdietx
tohrog. U l-verita kienet differenti
hafna milli kienu pengew qabel l-elezzjoni.
F’California f’Ottubru li gej ser jergghu jivvutaw jekk iridux
ikomplu taht it-tregija tal-gvernatur demokratiku Gray Davis jew jekk iridux li
jilhaq gvernatur gdid. Gray
Davis kien elett gvernatur ta
California l-ewwel darba fl-1997 u
rega gie elett anqas minn sena
ilu.
Biex isir dan intuzat procedura li kienet iddahhlet fil-ligi ta’
l-istat ta’ California sa mill-1911 li pero kullhadd kien nesa dwarha. Din maghrufa bhala recall tipporvdi li jekk
miljun ruh jiffirmaw petizzjon li m’humiex kutetnti bit-tmexxija tal-gvernatur,
ikollha ssir konsultazzjoni mil-gdid ma l-elettorat (ghalhekk recall) biex jigi
deciz jekk il-poplu iridx jirrevedi il-mandat li kien ta qabel u li jkun ghadu
ghaddej.
Hawn min jaqbel ma sistema bhal din u hawn min ma jaqbilx. Min jabel jargumenta li b’hekk il-poplu
jkollu kontroll kontinwu fuq il-politici li jkun tella’ u mhux irid jistenna
hames snin shah jekk l-affarijiet ikunu sejrin zmerc. Min ma jaqbilx jargumenta li min imexxi irid
certu zmien ma tistax tiggudika gvern fl-ewwel xhur jew snin tieghu u trid
tiggudikah fuq legizlatura shiha.
Nahseb li dan l-argument jaqa jew iqum skond kemm ikun ilu fil-kariga
l-gvern. Jekk gvern ikun fl-ewwel
legizlatura tieghu allura ma jkunx floku li joqghodu jsiru recalls tul l-ewwel
legizlatura meta hafna drabi gvern jiret hafna problemi li jhallu ta’ qablu u li
ma ghandux jehel bil-htija taghhom.
Izda jekk bhal fil-kaz ta’ California il-Gvernatur kien ga f’postu qabel
u ghamel hames snin shah u rega’ gie elett, il-problemi ma tantx jista
jfarfarhom minn fuqu specjalment jekk bhal fil-kaz ta’
California l-istat qed igarrab
zbilanci kbar, qed ikollu jhallas hafna aktar imghaxijiet biex jissellef ha
jiffinazja d-deficit u jekk meta tela l-Gvernatur fl-1997 ma kien hemm xejn
minn dawn
il-problemi.
Il-poplu Californian, mhux biss permezz tal-petizzjoni tar-recall
izda anke skond surveys ta’ l-opinjoni pubblika, m’hu kuntent xejn bit-tmexxija ta’ Gray Davis
li jidher li mhux ikun iebes bizzejjed biex jikkontrolla d-deficit statali. Il-poplu Californian ihossu offiz li minhabba
tmexxija laxka ta’ Davis ir-rating Agencies
baxxew ir-rating tal-bonds ta’ California u b’rating baxx kwazi
gew kategorizzati junk bonds – offizia ghal unur ta’ stat sinjur ta’
California li permezz ta
l-industrija tal-films tieghu suppost jissimbolizza il-krema tas-sistema
kapitalista.
Kienet differenti tant li meta hargu il-figuri finanzjarji ta’ Gunju,
sewwa sew 104 jiem wara l-lezzjoni, il-gvern bla misthija kellu jammetti li
l-budget kien mar il-bahar u li d-defict ta’ din is-sena se jkun hafna aktar
minn dak
previst.
Se jkun aktar minn Lm100 miljun qalulna,
meta kienu pprogettaw Lm74 miljun.
Aktar kemm? Jien kont ghamilt
kalkolu car kif hareg il-budget u ghedt li l-budget ma jaghmilx sens ghax ma
kienx qed jipprovdi ghal infieq li kien ga kommess. Kont ghedt li d-defict veru ta’ din is-sena
se jkun Lm120 miljun u biex dan jintlahaq irridu ndahhlu Lm22 miljun fi grants
mil-gvern taljan u mill-UE, xi haga li taf ittul ghax dawn il-fondi biex
jingibdu huma soggetti ghal hafna burokrazija.
Mela d-deficit ta’ din is-ena jaf ikun bejn Lm120 miljun u Lm142 miljun u
mhux l-Lm74 miljun li vvinta l-gvern biex jidher sabih sa
l-elezzjoni.
Kieku konna California kieku konna ndawru
petizzjoni biex nzommu l-gvern resposnsabbli ghal weghdiet fierha li ghamel meta
kien jaf li permezz taghhom kien qed jaghmel mizraprezentazzjoni tal-verita’ li
kien jafha kull min ried ikun jafha, fosthom l-ewwel qabel kullhadd il-gvern
stess.
Kieku konna California kieku konna ninsistu li
l-gvern jerga jigi quddiem l-elettorat ha jaghti rendikont ta’ ghemilu u jerga’
joqghod ghal gudizzju tal-poplu. Izda m’
ahniex California . Ahna
Malta fejn il-gvern jithalla
jqarraq u jilghab bil-figuri u kollox jibqa’ ghaddej qisu ma gara xejn. Fejn il-poplu donnu ma ghadux kburi b’pajjizu
u bih innifsu u kollox sar jghaddi qisu xejn.
Mqar li konna Califronia.
No comments:
Post a Comment