Sunday, 10 August 2003

Nixfa ta` Investiment

Il-Kullhadd 

 

Biex pajjizna jmur il-quddiem jehtieg jitkattar l-investiment. Minghajr investiment il-pajjiz jistagna u la ma jmurx `l quddiem f`dinja fejn pajjizi ohra ikunu mexjin `l quddiem, allura pajjizna jmur lura.

L-investiment jigi fi tlett kategoriji principali. L-ewwel ghandek l-investiment produttiv. Dan huwa investiment li jsir biex irendi ekonomikament b`mod dirett.` Min jaghmlu jara kemm ser jonfoq u jizgura sa fejn ikun possibbli li jkollu introjtu fuq medda ta` zmien li mhux biss irendi lura l-investiment originali izda li wkoll ihalli qliegh li jiggustifika r-riskji li jkun fih il-progett.

Dan it-tip ta` investiment normalment isir mis-settur privat. Izda l-privat jaghmel dan biss jekk ikollu fiducja fit-tmexxija ekonomika tal-pajjiz, jekk ikollu incentivi biex jagevolaw il-qliegh ta` l-investiment, kif ukoll jekk isib rizorsi ohra mehtiega,` bhal haddiema mharrga u lesti jahdmu b`mod flessibbli, biex l-investiment jirnexxi.

Hemm imbaghad l-investiment infrastrutturali. Dan jinvolvi investiment fit-toroq, fil-generazzjoni ta` l-energija u affarijiet simili li jaghtu qafas sod fuq x`hiex jinbena l-investiment produttiv. Jekk il-pajjiz ma jkollux provvista regolari u tajba ta` energija u ilma jew jekk it-toroq ma jippermettux cirkolazjoni tajba tan-nies u t-traffiku, ma jigix attirat investiment produttiv. L-investiment infrastrutturali jaghmlu l-gvern u biex dan isir il-gvern irid ikun f`qaghda finanzjarja li tippermetti li dan isir. Hafna drabi l-gvern juza investimenti bhal dawn biex waqt li joffri qafas tajjeb ghall-ekonomija, l-ezekuzzjoni stess ta` dawn il-progetti tiggenera attivta` ekonomika li timbotta it-tkabbir ta` l-ekonomija.

Fl-ahhar hemm l-investiment socjali.  Dan isir fi progetti li ma jhallux qliegh izda li jtejjbu il-kwalita tal-hajja tac-cittadini. Dan huwa investiment fl-iskejjel, sptarijiet u housing li skond il-politka socjali tal-gvern joffru s-servizzi taghhom jew b`xejn jew bi prezz sussidjat halli min ma jistax xorta ikollu access ghal dawn is-servizzi bazaci.

L-investiment infrastrutturali u socjali f`pajizna baqa` ghaddej ghax dan jiddependi mill-gvern u l-gvern nazzjonalista biex jonfoq jinqala` u jinqala sew. Min ghandu ghajnejn biex jara jara li filwaqt li dan l-investiment hafna drabi kien mehtieg rari il-poplu ha valur tajjeb ghal flus li nvesta ghax jew intefqu flus hafna aktar milli verament kien hemm bzonn (ez. L-isptar tal-Qroqq) jew l-investiment ma tax ir-rizultati li kienu mweghda (il-power station ta` Delimara).

Fejn jidhol l-aktar tip ta` investiment importanti izda ghadna l-bahar.` L-investiment produttiv li johloq l-impjiegi ma tantx jidher. Isir investiment minn kumpaniji privati li ga qedin hawn, hafna minnhom gew taht amministrazzjoni laburista tas-snin 70 u 80, li jkomplu jizviluppaw ghax jibzghu ghall-aktar investiment prezzjuz li ghandhom fil-haddiema mharrga Maltin li kapaci jkunu produttivi daqs jew aktar minn kullhadd meta jitmexxew sewwa.` Izda investiment gdid li johloq hafna xoghol ma naraw kwazi xejn.

Tajjeb li ninvestu fl-infrastruttura. Tajjeb ukoll li ninvestu fl-affarjiet socjali. Izda dawn jistghu biss jigu sostnuti jekk maghhom u daqshom isir investiment produttiv li jiggenera x-xoghol, ikabbar l-ekonomija u jzid l-esportazzjoni.

L-akbar weghda li ghamlu n-nazzjonalisti dwar l-UE hija li b`hekk ser nattiraw aktar investiment. Pajjizi ex-komunisti tal-Lvant li ghandhom vantagg gejografiku u vantagg ta spejjez aktar baxxi, dan l-influss ta` investiment esperjenzawh anke waqt li ghadhom qed ihejju ghas-shubija. Ahna minn dan ma rajna xejn.

Iz-zmien huwa l-akbar gharef. Naghtu cans ha naraw jekk issa li l-poplu ddecieda kif iddecieda ma hawn`x aktar dibattitu dwar barra jew gewwa fl-UE, naraw issa jekk dan l-investiment jigix.

Jien xorta nsostni li biex jigi l-investiment jehtieg li l-ewwel nirrangaw hafna affarijiet pajjizna jerga jsir kompettiv. Dan jiddependi minna ghalkemm id-dixxiplina ta` l-UE taf timbuttana biex niehdu certi nizuri iebsin li s`issa bzajna minnhom. Izda l-futur taghna irridu naghmluh ahna. Hadd m`hu se jtiehulna fuq platt tal-fidda.   

No comments:

Post a Comment