Sunday, 28 July 2002

1996 mill-Gdid

Il-Kullhadd  

 
Fis-sajf ta’ l-1996 John Dalli bhala Ministru tal-Finanzi hares lejn il-figuri tal-finanzi tal-gvern u thasseb.    Dak li kellu jkun deficit ghas sena kollha ta’ Lm32 miljun, sa Gunju 1996, fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien lahaq Lm60 miljun.
 
Kif se jmur jaghmel budget ghal 1997 li kellu jkun il-budget ta’ l-elezzjoni meta l-finanzi tal-gvern kienu qed jisfrondaw?
“Il-Prim Ministru Fenech Adami, li kien qal li l-flus mhux problema, gie kkwotat mil-gurnalista ewlieni li kif raha il-qaghda mweghra tal-finanzi tal-gvern kien se jhossu hazin.”
 
Ghamel memo lill-kabinett u wissiehom bil-gravita tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-gvern.    Il-Prim Ministru Fenech Adami, li kien qal li l-flus mhux problema, gie kkwotat mil-gurnalista ewlieni li kif raha il-qaghda mweghra tal-finanzi tal-gvern kien se jhossu hazin.    
 
Is-sajf ta’ 1996 kien wiehed ta nkwiet kbir ghal-gvern nazzjonalista.   Fl-ahhar ir-rejalta habbtet il-bieb u l-gvern ma setax jinjoraha izjed.  L-uniku mod li l-gvern seta jsalva wiccu kien billi jahbi ghal ftit xhur il-qaghda gravi tal-finanzi tal-gvern, jippretendi li kollox ghadu miexi skond il-pjan u jsejjah elezzjoni kmieni meta l-poplu kien ghadu sajjem mil-fatti halli mbaghad dawn johorgu wara li jkun rebah l-elezzjoni.  Hekk kien il-pjan meta f’Settembru ta’ 1996 flok laqqa  il-parlament il-Prim Ministru Fenech Adami talab lil –President biex ixoljih u jsejjah elezzjoni ghas-26 taOttubru 1996.   X’gara wara jafu kullhadd.
 
Das-sajf il-Ministru John Dalli ghaddej mill-istess esperjenza.   Deficit ta’ Lm60 miljun fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1996 tela ghal Lm84 miljun fl-ewwel sitt xhir ta’ 2002.   Kif se jmur jaghmel budget ghas-sena 2003 li jkun budget taelezzjoni meta deficit ta’ Lm77 miljun ghas-sena kollha diga nqabez sew fl-ewwel sitt xhur biss?
Ejja ma nhallux lil min johloq diversiv biex jghatti xturu.”
 
Harsu lejn il-figuri tat-tabella li tikkompara l-finanzi tal-gvern fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1996 ma l-ewwel sitt xhur ta’ l-2002.   Minkejja li d-dhul ordinarju tal-gvern ( jigifieri d-dhul mit-taxxi li qed jaghsru lil poplu u lilll-ekonomija) zdied minn Lm218 il-miljun ghal Lm319 il-miljunzieda ta Lm101 miljuni fuq perjodu tasitt xhur – id-deficit xorta kiber b’Lm24 miljun fuq dak li kien werwer lil Dalli sitt snin ilu.
 
Mela jekk twerwer sitt snin  ilu kemm aktar ghandu jkollu paniku llum iffacjat minn pozizzjoni ferm aktar gravi.   Jistajghid kemm irid il-Ministru Dalli li kollox miexi skond il-pjan u li fit-tieni nofs tas-sena se jfarfar il-bakketta magika halli kollox jigi f’postu.   Ma jikkonvinci lil hadd.
 
U lanqas billi jilghab bil-figuri billi jikkreja dhul one-off u artifjali minn transazzjoni tabejgh tapropjetatal-MIA m’hu ser jahbi il-gravitatas-sitwazzjoni.  Il-verita’ hi wahda u cara.  Il-gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja.   Minkejja li John Dalli efficjenti jigbor it-taxxi shabu jonfquhomlu b’rata aktar mghaggla tant li d-deficit kiber mhux ckien.
 
Finanzi tal-Gvern  6 xhur Jannar sa Gunju
 
 
1996 (Lm Miljuni)
2002 (Lm Miljuni)
Dhul ordinarju                            A
218
319
 
 
 
Nefqa Rikorrenti                        (i)
231
316
Nefqa Kapitali                           (ii)
 37  
 49
‘Servicing’ tad-Dejn Pubbliku      (iii)
 10
 38
 
 
 
Nefqa total  (i)+(ii)+(iii) =            B
278
403
 
 
 
DEFICIT                  A-B
  60
 84
 
 
Ejja ma nhallux lil min johloq diversiv biex jghatti xturu.   Ejja niffukaw fuq din il-problema li mhux tal-gvern biss, izda taghna lkoll.   Ghax il-gvern imexxi f’isimna.  Meta fl-elezzjoni li gejja il-poplu jibghat lill-gvern nazzjonalista fejn jixraqlu il-problemi mhux ser igorrhom mieghu.   Il-problemi ser jibqghu maghna u nkunu rridu ahna, gvern laburista, li nohorgu lil-poplu Malti mis-saram li dahhluna fih dawn il-karfa li hlief biex iberbqu u jsefsfu fil-widnejn ma jinqalghux.
 
Qed nghixu l-1996 mill-gdid.   Id-differenza hija li meta minn hawn u ftit iehor nergghu mmorru fil-gvern il-problemi ser ikunu akbar.  Izda akbar ukoll ser tkun id-determinazzjoni taghna li nahdmu u akbar se tkun l-ghaqda tabejnietna biex taht il-Leader taghna nahdmu bhala tim wiehed ghal gid tal-haddiema maltin u ghawdxin.    Minkejja kul diversitataopinjoni fuq affarijiet sekondarji ahna maghqudin ponn wiehed fil-herqa biex naghtu lil Malta il-gvern li tassew ghandha bzonn.
 

No comments:

Post a Comment