L-Orizzont
Id-demokrazija f`Malta tinsab mhedda. Iz-zewg partiti l-kbar li permezz taghhom il-poplu jesprimi ir-rieda demokratika tieghu biex il-pajjiz jitmexxa skond ir-rieda tal-poplu ma ghandhomx access bilancjat ghar rizorsi.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jifforma parti zghira, holqa wahda minn xibka shiha ta` poter mferrxa mas-socjeta maltija ( fil-knisja daqs kemm fin-negozju, fil-media daqs kemm fl-universita`, fic-civil daqs kemm fil-qorti) il-partit laburista jinsab wahdu ifendi ghal rasu kontra il-forza tal-kapital.` Bla ma ndunajna ergejna ninsabu f`konfront dirett bejn il-forza tal-kapital u l-forza tal-haddiema. Ghajb ghal` min gabna f`dan l-istat ghax f`pajjiz zghir bhal taghna il-haddiem u l-kapital jehtieg jimxu id f`id ghal gid tat-tnejn u tal-pajjiz.
`Issa wasalna fil-qaghda perikoluza fejn il-parrtit nazzjonalista fil-gvern qed juza l-flus tat-taxxi taghna biex jipprotegi l-poter.`
Issa wasalna fil-qaghda perikoluza fejn il-parrtit nazzjonalista fil-gvern qed juza l-flus tat-taxxi taghna biex jipprotegi l-poter.` Qed jaghlef sew lil mixtrija fil-media biex kull ma jaghmel ipenguh dritt u kull ma jaghmel il-partit laburista jghawwguh u jdamdmuh.
Issa ghodosna f`livell inaccettabbli. Meta fl-ahhar l-Awtorita tax-Xandir tat dritt ferm parzjali ta` risposta lil partit laburista biex ikollu access ghal media mhallsa mit-taxxi taghna halli jfihem il-posizzjoni tieghu dwar l-UE,` hsibt li bdejna nersqu lejn civilta` normali. Izda huwa car li lil Prim Ministru Fenech Adami iz-zmien twil fil-poter qed jaghmel bih. Qed jaghmlu dejjem izjed` arroganti.` Nesa x`kien jghid meta kien fl-Oppozizzjoni. Jahseb li dak li jghid huwa huwa tajjeb u sew sempliciment ghax ikun qalu hu.
Issa L-Awtorta tax-Xandir m`ghadix il-korp imparzjali li trid il-ligi avolja il-magguranza tal-membri jinnominahom il-Prim Minsitru stess. Issa l-Prim Ministru u klieb tal-but tieghu li jmexxu TVM mil-flus tat-taxxi taghna lkoll, jidhrilhom li jistghu jiehdu l-ligi f`idejhom u jiksru l-kelma ta` l-Awtroita tax-Xandir taht skuzi mill-aktar banali.
Jien wiehed li nemmen shih li l-kwistjoni tal-UE ghandha tigi deciza f`referendum mil-poplu. Nemmen hekk ghax din decizjoni li torbot fit-tul, torbot mhux biss lill-gvern tal-gurnata izda anke lil gvernijiet li jigu warajh.
Nemmen ukoll li decizjoni bhal din ghandha tittiehed mil-poplu bil-kalma kollha `l boghod mill-elezzjoni, u wara li l-poplu jkun fehem sew l-ghazliet veramenti ghandu quddiemu.
`Taht cirkostanzi bhal dawn il-partit laburista ghandu jesponi l-abbuz tal-poter mad-dinja kollha u ghandu joqghod attent milli jservi ta` staffa biex il-gvern jaghmel referendum meta l-poplu mhux jithalla jisma z-zewg qniepen.` X`se jaghzel il-poplu -` UE jew bahh
Kif jista dan isir jekk l-poplu qed jigi kostrett jisma` qampiena wahda; jekk il-pozizzjoni tal-partit laburista qed tigi mahnuqa llegalment` Ergajna lura ghas-snin sittin meta l-kelma tal-partit laburista kienet tigi mahnuqa, dak in nhar bid-dnub il-mejjet llum bl-abbuz tal-poter civili.
Nemmen li wasal iz-zmien li l-Partit Laburista ma jibqax jibla go fih, iwerzaq u jghini bla ma jigdem.` Ghal kollox hemm limitu u nemmen li n-nazzjonalista l-limitu qabzuh sew meta irrangaw il-konfini elettorali biex jizguraw li l-partit laburista anke jekk igib rebha ta` 12000 il-elf vot ikollu biss maggoranza ta` wiehed waqt li huma ghandhom magguranza ta` hamsa. U issa dal-limitu qabzuh hafna izjed meta jidhirlhom li l-ligi tax-xandir ma torbotx lilhom izda biss lil partit laburista, anke meta kien fil-gvern fuq issue (VAT/CET)` ferm anqas sostanzjali minn ta` l-UE.
Taht cirkostanzi bhal dawn il-partit laburista ghandu jesponi l-abbuz tal-poter mad-dinja kollha u ghandu joqghod attent milli jservi ta` staffa biex il-gvern jaghmel referendum meta l-poplu mhux jithalla jisma z-zewg qniepen.` X`se jaghzel il-poplu -` UE jew bahh`
Il-poplu mhux referedum ivvizjat ghandu bzonn.` Il-poplu jrid elezzjoni ha jaghzel gvern gdid li jkollu mandat twil ta hames snin li fihom jista jwettaq dak li tassew jiddeciedi l-poplu anke rigward l-UE.` Jien nemmen li jkun ghaqli li min jirbah l-elezzjoni imbaghad jaghmel referendum biex quddiem il-poplu titpogga l-ghazla bejn shubija shiha tal-partit nazzjoanlista jew partnership tal-partit laburista.`
Izda dan isir wara li z-zewg partiti jkollhom access indaqs ghal media u l-istess rizorsi biex iwasslu l-messagg taghhom. U jsir ukoll wara l-elezzjoni biex ma jkunx hemm dik il-qasma, dik it-tensjoni li hija ineveitabbli ftit xhur qabel l-elezzjoni.
Jien naf nazzjonalisti kontra l-UE daqs kemm naf laburisti li jissimpatizzaw mal-kuncett tas-shubija. Il-poplu jehtieg jaghzel fuq bazi nazzjonali wara li jkun spjegat lilu sew il-menu u mbaghad la jaghzel il-poplu il-gvern jimxi skond l-ghazla tal-poplu anke jekk ma tkunx dak li jkun jippreferi l-gvern.
Dik hija demokrazija. Din li ghandna bhalissa hija biss kopja falza .
Saturday, 13 July 2002
Loghob bid-demokrazija
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment