Il-Kullhadd
Meta hargu il-figuri tal-finanzi tal-gvern ghall-ewwel hames xhur tas sena dawn urew zbilanc ta` Lm68 miljun.
Meta lil Ministru Dalli qalulu kif jispjega dan meta id-deficit tas-sena kollha kien ippjanat Lm77 miljun, dan maljar harreg jghid li kollox miexi kif ippajnat u sa l-ahhar tas-sena kollox jigi f`postu.
Qalilna li l-izbilanc qawwi fil-bidu huwa tort tat-temp. Ghax il-gvern idahhal hafna mid-dhul tieghu f`Gunju` f`Awissu u f`Dicembru u allura ma tistax targumenta li la l-izbilanc ta` hames xhur kien Lm68 miljun mela sa l-ahhar tas-sena id-deficit jitla billi taghmel division b`hamsa u multiply bi 12 li jwassal ghal deficit ta` Lm160 miljun.
`Izda huwa skandaluz li John Dalli jippretendi li noqghodu fuq il-kelma tieghu li kollox miexi sew u noqghodu nistennew il-figuri ta` l-ahhar tas-sena bit-tbissima ta` l-anglu tal-festa`
Dan bhat-turizmu. Jekk ikollok in-numru ta` turisti ghal sitt xhur sa Gunju` ma jfissirx li sa l-ahhar tas-sena it-turisti li se jigu jkonnu id-doppju.` Ghax f`Lulju, Awissu u Settembru in-numru ta` turisti jizdiedu sew.` Dan il-kuncett statitikament huwa maghruf bhala seasonality. Hafna statistici fil-fatt meta johorgu jigu `seasonally adjusted` biex il-paragun ikun uniformi u validu.
Izda huwa skandaluz li John Dalli jippretendi li noqghodu fuq il-kelma tieghu li kollox miexi sew u noqghodu nistennew il-figuri ta` l-ahhar tas-sena bit-tbissima ta` l-anglu tal-festa. Ma tantx nistghu naghmlu dan meta nafu kemm bazwar fl-1998 biex gholla artificjalment id-deficit halli wara jkun jista jiftahar kemm baxxih meta fil-fatt kollox fittizzju.
Ghax biex tkun taf kif sejjer bla ma tidhol fil-kumplikazzjoni tas-seasonality kull ma ghandek taghmel huwa li tqabbel il-figuri ghal perjodu ta` din is-sena mal-figuri ta l-istess perodu tas-snin ta` qabel. B`hekk id-difett tas-seasonality jigi meghlub.
Ghalhekk biex naraw jekk fl-ewwel nofs tas-sena gewx turisti aktar mis-sena `l ohra ma nqabblux man-numru ta-turisti li gew is-sena `l ohra u niddividu bi tnejn.` Izda naraw kemm gew turisti fl-ewwel sitt xhur ta-sena `l ohra u nqabblu maghhom.` Jekk gew izjed morna tajjeb jekk anqas ma nistghux nghidu li kollox sew ghax f`Lulju u Awissu jigu izjed turisti.
Mela kif il-Ministru tal-Finanzi jista` jserrah mohhu li l-finanzi tal-gvern huma kollox sew u skond il-pjan jekk id-deficit fl-ewwel hames xhur ta` din is-sena tela minn Lm31 miljun sentejn ilu ghal Lm48 miljun is-sena `l ohra u Lm68 din is-sena. Dan zgur mhux tort tat-temp.` Id -deficit zdied Lm20 miljun fuq is-sena `l ohra u Lm37 miljun fuq sentejn ilu.
Kif tista` ma tinkwetax meta quddiem sitwazzjoni serja bhal din il-Ministru ma ghandu l-ebda risposta u jwahhal biss fit-temp`
`Mhux ta` b`xejn jippruvaw jaqbdu mal-kwistjoni tal-VAT biex jiddevjaw. Il-problema tal-pajjiz mhux il-VAT.` Il-problema tal-pajjiz huwa l-gvern.`
Mhux ta` b`xejn jippruvaw jaqbdu mal-kwistjoni tal-VAT biex jiddevjaw. Il-problema tal-pajjiz mhux il-VAT.` Il-problema tal-pajjiz huwa l-gvern.
Meta l-partit laburista se jmur fil-gvern se jsib pozizzjoni finanzjarja hafna hafna aghar milli sab fl-1996. Dak in nhar kien kollox mistur u stajna` nargumentaw li ma kellna ebda ideja tad-dizastru finanzjarju fil-kotba tal-gvern li kien qed jinheba.
Izda issa mhux hekk.` Issa l-fatti maghrufa.` Issa d-dizastru huwa car u tal-biza. U dan jekk tiehu biss dak li jidher. Ghax jekk mieghu izzid xi Lm400 miljun lira dejn mohbi bejn it-Treasury Clearance Fund u dejn tal-banek garantit mill-gvern li ghalih irid jaghmel tajjeb il-gvern kull sena sahansitra biex ihallas l-imghax, u izzid min jaf kemm kontijiet mhux imhallsa qed jithallew jingemghu,` allura is-sitwazzjoni tkun aghar.` Izda fuq dak li hu maghruf huwa hazin bizzejjed.
Ghalhekk il-Partit Laburista ma jistax iwieghed mirakli. U ma jistax jinhela f`affarijiet li fil-kuntest kollu ikunu sekondarji.` Meta l-Partit Laburista jmur fil-gvern se jsib l-ekonomija bhal marid li ghandu bzonn operazzjoni urgenti. Operazzjoni li ma tistax tistenna.` Operazzjoni li tkun trid issalva l-ekonomija generali u l-finanzi tal-gvern mid-dizastru li qed ihawwar John Dalli.` Dan f`4 snin zied id-dejn li jidher u dhul mil-bejgh tal-privatizzazzjoni b`Lm500 miljun.
Dan jhezzez is-sahha tal-flus u eventwalment il-fiducja tan-nies fis-sistema finanzjarja.` Huma dawn cirkustanzi li fihom huwa sekondarju jekk is-sistema tat-taxxa tkunx VAT jew CET. Sekondarju` u hela li tkompli tonfoq biex togghob lill-UE.
F`cirkostanzi bhal dawn trid tiehu hsieb l-interessi tal-Maltin billi tindirizza` b`mod determinat, aggressiv u effettiv id-dizastru li jhallu warajhom dawn ta` bla ghaqal. Dawn li jekk tnehhilhom il-pozi ma jifdallhom xejn.
Biex taghmnel dan trid tigbed investiment u ssahhah is-settur produttiv halli l-ekonomija tqum fuq saqajha.` Ma nistghux ninhlew fuq tibdil strutturali fis-sistemi tat-taxxa. Meta s-saqaf ikun se jaqa ma tistax toqghod tibdel il-madum tal-banju.
In-nazzjonalisti iriduna nitkellmu fuq il-frilli ha ma nitkellmux fuq il-problemi vera.
Sunday, 14 July 2002
Tort tat-Temp
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment