Il-Kullhadd
Li l-pajjiz ghandu problemi kbar, problemi finanzjarji u ekonomici, illum ma jichdu hadd.
Li dawn il-problemi ma jistghux jissolvew biss billi jibqghu jizdiedu t-taxxi huwa car daqs il-kristall.` Li mizura kritika biex insolvu dawn il-problemi bla tbatija ezagerata hija li nkabbru l-ekonomija b`rata hafna aktar mghaggla minn dik stagnata ta` bhalissa huwa fatt indiskutibbli.
Daqstant huwa logiku li biex ikollna rata mghaggla ta` tkabbir ekonomiku jehtieg investiment gdid, investiment produttiv indirizzat biex ikattar attivita` ekonomika li minnha naqilghu flus barranin.
`Fil-kapacita` professjonali tieghi ghamilt hafna biex nghin jitwettaq investiment gdid u dan ghamiltu taht kull gvern ghax l-interessi tieghi huma dawk tal-pajjiz li jibqa` wiehed ikun min ikun hemm fil-gvern.`
Ghalhekk meta jersaq investiment bhal dan, sew jekk jaghmluh il-Maltin kif ukoll jekk jaghmluh il-barranin, dawn ghandna nghinuhom b`kull mezz ha jwettqu l-progett taghhom b`kull mezz. Ha joholqu x-xoghol, ha jgibu aktar turisti, ha jesportaw izjed ha jdawwru lira li naqilghuha minn barra u mhux noqghodu nonfqu lira bejnietna biss.
Ghandna naghmlu minn kollox biex inhajru investiment bhal dan.` Fil-kapacita` professjonali tieghi ghamilt hafna biex nghin jitwettaq investiment gdid u dan ghamiltu taht kull gvern ghax l-interessi tieghi huma dawk tal-pajjiz li jibqa` wiehed ikun min ikun hemm fil-gvern.
L-akbar investiment bla dubju huwa dak ta` Portomaso. Progett ambizzjuz li ried il-kuragg u dinamizmu tal-grupp Tumas u ghajnuna ta` konsulenti bhali u ohrajn biex jitwettaq progett li gholla l-livell tat-turizmu u tal-propjeta` immirata lejn il-barranin li jinvestu f`pajjizna.` Rajna kull tfixkil biex twettaq progett bhal dan. Tfixkil kemm minn min kellu apprensjoni genwini ta` hsara ambjentali specjalment fil-fazi ta` kostruzzjoni kif ukoll min minn kellu oggezzjonijiet egoistici, ta interessi kummercjali` u xejn nobbli.
Illum hadd ma ghadu jghid li Portomaso huwa dizazstru ambjentali. Illum li l-progett twettaq bis-serjeta u wiehed jista jara b`ghajnejh l-isbah lukanda li hawn fil-mediterran u progett integrat ta` propjeta, marina, ufficini u hwienet hadd ma jintrabat mal-ingenji jew jaghmel strajk tal-guh. Illum li elf ruh jew aktar jaqilghu l-ghixien taghhom minn dan il-progett anke fil-fazi operattiva tieghu kullhadd jiftahar bih.
Min kien jisthi jew jibza li jiccappas mal-progett illum jonorah bil-prezenza u l-vizita tieghu.
Il-progett ta` Portomaso kwazi lest.` Progetti ohra li ilhom fil-holm, fil-paroli u fil-pubblicita ghadhom biss progetti tal-holm jew fil-fazi inizjali sew. Il-progett ta` Tigne u Manoel Island ghadu hofra kbira fl-art minkejja li dan kien jissemma qabel il-progett ta` Portomaso. U fuq kollox il-progett ta` Tigne` huwa fl-essenza tieghu progett ta` spekulazzjoni ta` bini fuq art moghtija kwazi b`xejn mil-gvern minkejja li hija fost l-isbah art pubblika li kien fadal Malta.
`Min kien jisthi jew jibza li jiccappas mal-progett illum jonorah bil-prezenza u l-vizita tieghu`
Il-partijiet tal-progett li mhux spekulazzjoni ta` propjeta, bhal lukanda, bhal marina u r-restawr ta` bini antik` isiru wara l-ispekulazzjoni u mil-qliegh li jsir mill-ispekulazzjoni dejjem jekk din tirnexxi.
Ma nafx ghaliex spekulazzjoni bhal din inghatat lil ftit maghzula.` Kien ikun ahjar kieku` l-gvern hareg il-progett f`modules li setghu jinghataw separatament bi prezz ahjar minn dak li gie negozjat u b`riskju hafna aktar imferrex milli ghandu progett uniku u kbir koncentrat f`konsorzju wiehed.
Investitur iehor Malti li dejjem investa fil-lukandi u attrezzaturi ohra ghat-turisti huwa Michael Zammit Tabona tal-Fortina u l-familja tieghu. Michael ghandu progett biex ikabbar il-Fortina u jaghmilha lukanda akbar u isbah li toffri servizzi godda biex jigi attirat health related tourism. Dawn in-nicec godda huma essenzjali ghat-tkabbir tat-turizmu.
`Wasalna issa fi stadju li nhallu l-passjoni politika tnaffar l-investiment li pajjizna tant ghandu bzonn
Wara hafna tahbit Micahel gab il-permessi kollha tal-Planning Authority u beda l-progett.` Dan investiment veru u mhux spekulazzjoni tal-propjeta`. Ghandu jinghata kull inkoraggiment u ghajnuna ha jitwettaq malajr.
Izda dak li gara dan l-ahhar fil-Planning Authority (issa MEPA) jaghmel preciz bil-kontra.` Huwa ezempju car ta` kif il-gvern qieghed igerrex l-investiment.
Il-MEPA approvat trunk road gdida ghal progett spekulattiv ta` Tigne` li b`mod skandaluz tiddanegga investiment privat li gie approvat biex isir fil-Fortina minn Michael Zammit Tabona. Il-garage tal-Fortima issa ser jitnehhielu l-access mit-triq u flok garage se jsir mahzen bla zbokk ghal barra. U traffic tunnel giet progettata ezatt quddiem l-entratura tal-Fortina biex jigi accertat li tunellati ta` exhaust fumes jigu imbuttati mir-rih minn got-tunel precis gor-reception tal-Fortina.
Ghala progett spekulattiv bhal Tigne li ha l-art tal-poplu b`xejn u lanqas biss hallas il-boll tat-trasferiment ghandu jigi vantaggat a skapitu ta investiment iehor privat fit-turizmu ta`veru hija xi haga li ma jifimha hadd.` Specjalment meta decizjoni kritika bhal din tigi approvatha 5-4 bil-vot tac-Chairman u tal-membri appuntati mil-gvern.
Mhux bilfors tahseb li Michael Zammit Tabone qed jgi msawwat ghax forsi ma ghandux ilsienu twil biex jilghaq u jincensa l-gvern Wasalna issa fi stadju li nhallu l-passjoni politika tnaffar l-investiment li pajjizna tant ghandu bzonn`
Sunday, 7 July 2002
Kif tgerrex l-investiment
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment