Sunday, 21 July 2002

Il-Problema huwa l-Gvern

Il-Kullhadd



L-aghar haga li jista jgrilu xi hadd fix-xena pubblika hija li ma jaghti kazek` hadd tghid x`tghid u tikteb x`tikteb.` Min dak li jghid u jikteb jigbed attenzjoni, mqar jekk kritika distruttiva, allura jkollu ta` lanqas konsolazzjoni li qed jinstema u jinqara.

Jien ma ghandix x`ingerger dwar dan. Kultant iz-zejjed. Issa jidher li nazzjonalisti ippuntaw l-lenti fuqi biex jaqilghu l-inkwiet. Esperti fiha din. Ma hemm xejn xi jtihom pjacir izjed milli kieku forsi jien itellghuhomli u ngholli kollox.` Kieku mill-ghada jibdew jiktbu kemm jien ta` l-affari tieghi u kemm jien serju.` Kieku tieqaf il-kritika ghax ikunu hadu dak li jimmiraw ghalih, li jdghajjfu lil-Partit Laburista.

`Ghalhekk ikun zball li meta n-nazzjonalisti jkesksuna ghal xi wiehed minn shabna, ikun min ikun u zbalja kemm ikun zbalja, npaxxuhom billi nuzaw il-medium taghhom flok nitkellmu` b`mod dirett.`



Ghal dawn mhux bizzejjed li ahna bhala partit wahedina qed niggieldu ma partit li ghandu ghajnuna ta` xibka ta` poter li tinfirex fil-media, fil-qrati , fic-civil, fl-universita`, fin-negozju, fil-knisja u kull fejn hemm nitfa` poter tas-socjeta` maltija. `Dawn apprati dan il-vantagg iridu jergghu idghajjfuna billi jkesjsuna ghal xulxin.

Ghalhekk ikun zball li meta n-nazzjonalisti jkesksuna ghal xi wiehed minn shabna, ikun min ikun u zbalja kemm ikun zbalja, npaxxuhom billi nuzaw il-medium taghhom flok nitkellmu` b`mod dirett.

Ovvjalment jien li nikteb hafna u li naghmel kritika li ssawwat inkun l-ewwel wiehed fil-mira biex isensluni. Ghalija jaghmlu li jridu.` Anzi aktar ma jikkritikawni aktar isahhuni. Jien mhux qed hawn biex nogghob lin-nazzjonalisti. Jien qed hawn biex mill-aktar fis nghin lil-Partit Laburista jiknishom min-nofs halli nergghu nibdew nibnu mill-gdid dal-pajjiz mkisser u mfarrak.

Ma jfissirx b`daqshekk li ahna lkoll sirna tfal ta` l-iskola nistennew lil-leader taghna jitkellem halli kulhadd jghid bhalu. Jien mal-Leader naqsam l-idejal Laburista. Kull fejn hemm policy tal-partit torbot lil kullhadd, lili daqs kemm lilu. Jekk hemm xi hadd irid jibdel xi haga, irid` juza l-istrutturi tal-partit biex issir id-diskussjoni mehtiega li jekk ikun il-kas twassal ghal bidla.

`Anzi aktar ma jikkritikawni aktar isahhuni. Jien mhux qed hawn biex nogghob lin-nazzjonalisti. Jien qed hawn biex mill-aktar fis nghin lil-Partit Laburista jiknishom min-nofs`



Izda fejn ma hemmx policy allura huwa dover` li nohorgu opinjonijiet li nghinu tigi ffurmata policy.` Fejn ma hemmx policy ma jfissirx li d-diversita ta` opinjoni tfisser qasma.` Tfisser li l-materja qed tigi analizzata minn vistas differenti halli l-Partit wara li jara kollox jaghmel l-ahjar ghazla fl-interess tal-Maltin specjlament dawk li biex jieklu jridu jahdmu.` Fejn ma hemmx policy ma tistax tkun kontra policy li ma tezistix.

Ghalhekk din il-hafna plejtu li ghamlu n-nazzjonalisti fuq il-VAT m`hu xejn hlief tkeskis biex iqabbduna f`xahar xulxin. La l-Partit ma ghandux policy fuq il-VAT ma tistax tkun kontra l-policy tal-Partit billi tghid li fic-cirkostanzi tal-lum ma ghandniex nintilfu fuq il-VAT ghax hemm prijoritajiet ferm aktar urgenti.

Meta l-Partit jaghmel policy ufficjali fuq il-VAT kif gie mwieghed fid-dokument tal-politika ekonomika ta` Ottubru li ghadda, mbaghad dik issir politika li torbot lil kullhadd. Il-maggoranza tikkmanda.` Min toghgbu tajjeb; min ma togghbux irid jara jekk jistax jghix maghha.

Dawn tant huma affarijiet elementari li ma titwemminx li n-nazzjonalisti ghandhom kontroll fuq il-medja tant qawwi li joholqu spin fejn assolutament ma hemmx lok.



`It-tghalima hi li l-avversarji taghna huma n-nazzjonalisti.`

It-tghalima hi li l-avversarji taghna huma n-nazzjonalisti. Huma dawk li lil pajjiz gabuh f`xifer ir-rovina. Huma dawk li wara li mlewna sa xfar ghajnejna bid-dejn issa qed ibieghu kollox ha jgibu l-flus biex ikomplu jcafcfu qabel ma jikkrolla kollox.

Huma dawk li jriduna nitkellmu biss fuq l-UE flok fuq il-korruzzjoni, il-hmieg, l-izdingar, it-telqa u l-iggamjar li hawn.` Huma dawk li jriduna noqghodu ghal referendum qabel l-elezzjoni meta imkien fid-dinja ma jsir referendum ftit xhur qabel ma jaghlaq il-mandat tal-gvern ghax referendum jipprezumi li l-gvern li jakkwista l-verdett tal-poplu ghandu zmien bizzejjed biex jezegwih.`

Jista` l-Prof Pirotta, li bhala Chairman ta` l-Awtroita` tax-Xandir kien kuntent bl-izbilanc tal-MIC,` jista bhala storiku jghidli fejn x`imkien fid-dinja jsir referendum fejn il-poplu jisma qanpiena wahda u jsir minn gvern li johnoq il-vuci ta` l-oppozizzjoni meta l-gvern stess ma ghandux mandat twil bizzejjed biex jezegwixxi d-decizjoni tar-referendum.` U jippretendi li b`referendum bhal dan jorbot idejn ta` warajh.` Fejn saret fid-dinja din,` Prof Pirotta Din ghidilna u mhux tidhol f`dettalji storici li ma` jnehhu xejn mil-punt kardinali li referendum dwar l-UE qabel l-elezzjoni jkun dahqa fil-wicc u l-Partit Laburista ghandu jikkunsidra sew il-pozizzjoni tieghu qabel jikkontesta fih.

Nerga` nghid il-pajjiz mhux referendum ghandu bzonn.` Mhux jintilef fuq il-VAT jew mhux VAT.` Il-pajjiz il-problema tieghu hija l-gvern.

No comments:

Post a Comment