L-Orizzont
Il-gvern jidher li fl-ahhar induna li biex l-iskejjel pubblici ma jkomplux jaqghu lura il-pajjiz jehtieg jinvesti aktar fl-edukazzjoni pubblika. Investiment mhux biss fil-bini u tghamir izda wkoll fis-sistemi, fil-kurrikulu u fin-nies li jmexxu l-iskejjel pubblici.
Hija tassew hasra li l-iskejjel pubblici thallew jaqghu f`livell hafna aktar baxx ta` atghlim milli hemm fl-iskejjel tal-knisja u privati (ghalkemm anke fost l-iskejjel pubblici hemm eccezzjonijiet ta` skejjel mill-aqwa) . Id-dritt ghal edukazzjoni, bhal fil-kaz tas-sahha, ma ghandux ikun jiddependi mill-istatus finanzjarju tal-familja. Familji foqra li ma ghandhomx minn fejn ihallsu flus ghal skejjel privati xorta ghandhom dritt ghal taghlim ta` kwalita` ghal uliedhom fl-iskejjel pubblici.
`Familji foqra li ma ghandhomx minn fejn ihallsu flus ghal skejjel privati xorta ghandhom dritt ghal taghlim ta` kwalita` ghal uliedhom fl-iskejjel pubblici.`
Il-gvern ghadu kif waqqaf fondazzjoni imsejjha Fondazzjoni ghall-Iskejjel t`Ghada u taha inkarigu biex tinvesti flus pubblici ta` madwar Lm70 miljun biex tibni skejjel godda u tirranga ohrajn ezistenti fis-snin li gejjin. Dan biex jghola il-livell ta` l-iskejjel pubblici li hafna minnhom ghadhom jinqdew bi skejjel mibnijin minn gvern laburista tas-snin hamsin.
It-twaqqif ta` Fondazzjoni bhal din jaghti lok ghal suspetti dwar ghala hemm bzonn struttura bhal din biex jigi ezegwit progett li ma ghandux ikun kontroversjali. Dan l-investiment seta` jsir permezz tal-gvern centrali u bid-dipartimenti tal-gvern. Biex jiggustifikaw din id-decizjoni il-gvern isostni li fondazzjoni awtonoma tmexxi b`hafna aktar efficjenza u tiffranka il-flus li jintefqu. M`inhiex konvint. Nghid jien jekk l-istess nies imexxu l-progett ghala ghandu jkun hemm aktar efficjenza bi struttura awtonoma milli b`dipartiment tal-gvern` Jew forsi ir-raguni vera hija li struttura awtonoma tahrab mill-kontrol finanzjarji ;li huwa marbut bihom il-gvern` Jekk thares lejn kif qed tonfoq il-flus fondazzjoni kugina inkarigata mil-bini ta` l-isptar tal-Qroqq aktar nahseb li dan huwa l-kaz.
Imma hemm aktar xhieda dwar x`inhuma l-intenzjonijiet veri wara twaqqif tal-fondazzjoni.` Il-Fondazzjoni ghall-Iskejjel t`Ghada qed tissellef xi Lm70 miljun biex taghmel dan l-investiment. Dan is-self isir mill-banek u jkun garantit mill-gvern centrali.` B`hekk dan ma jidholx fil-kalkoli tad-deficit tal-gvern izda l-infieq isir xorta permezz ta` transazzjoni perikoluza ,off-balance sheet, bla ma tidher fil-kotba tal-gvern..
`U taxxa qed inhallsu madwar Lm240 miljun` aktar milli konna nhallsu fl-1998 meta konna gejna mweghda li ser jehfief il-piz tat-taxxi`
Dan huwa ekonomikament perikoluz u rresponsabbli.` Kieku qed niffinzjaw xi haga li trendi u tasal biex thallas is-self mill-introjti taghha stess,` kieku forsi. Kieku per ezempju naghmlu self bhal dan biex tinbena xi highway li imbaghad tibda ticcargja lil karozzi li jghaddu minnha kieku self bhal dan jaghmel sens.` Il-garanzija tal-gvern f`kaz bhal dan qatt ma tintuza ghax il-progett ihallas kemm l-imghax u l-kapital mill-introjti li jiggenera.
Izda mill-bini ta` l-iskejjel il-gvern ma jdahhlax introjtu. L-iskejjel huma infrastruttura socjali li l-istat irid jipprovdi mit-taxxi normali li nhallsu.` U taxxa qed inhallsu madwar Lm240 miljun` aktar milli konna nhallsu fl-1998 meta konna gejna mweghda li ser jehfief il-piz tat-taxxi.
Dejn bhal dan irid jithallas mil-gvern centrali. Ghalhekk qed naghmlu dejn illum biex nibnu l-iskejjel t`ghada.
Dal-gvern wara li nefaq kulma hallielu gvern laburista, wara li qed ibiegh l-assi biex isib x`jonfoq u wara li mliena sa xfar ghajnejna bid-dejn, issa qed jissellef bil-mohbi off balance sheet.
` Tghid dawn ser jikkonkludu li l-gvern Malti ma tantx hu nteressat li problemi tal-finanzi pubblici jfejjaqhom izda aktar li jahbihom. Maghhom jistghu jehlu wkoll il-banek maltin li qed jiffinanzjaw b`mod qawwi self irresponsabbli bhal dan`
Il-gvern ga ghandu hafna obbligi biex kull sena jivvota hafna miljuni biex kemm kemm jaghmel tajjeb ghal dejn ga ezistenti ta` korpi pubblici li anqas biss kapaci jhallsu l-imghax ahseb w`ara kemm se jhallsu l-kapital. Il-Freeport jinghata tmintax il-miljun dollaru biex ihallas l-imghax fuq dejn barrani garantit mill-gvern. Il-Water Services u l- Gozo Ferries ukoll jiehdu somom kbar biex sempliciment ilahhqu ma l-imghax fuq id-dejn tal-bank garantit mill-gvern.` It `tarzna wkoll tiddependi fuq il-gvern biex thallas l-imghax li ghandha fuq self mill-bank.
Issa ma din il-lista se nzidu il-Fondazzjoni ghall-iskejjel t`Ghada. Self bhal dan isir minn gvernijiet f`paniku finanzjarju li jigu darhom mal-hajt li ma jsibux finanzjament dirett biex jaghmlu investiment li messu ilu li sar.
Dan it-tbazwir finanzjarju mhux se jghaddi bla ma jigi nnotat mill-IMF` u mill-credit rating agencies internazzjonali.` Wara l-esperjenza ta` l-Enron dawn qed ikunu` ferm aktar rigidi u ghadhom kif ghamlu down grade tal-Gappun. Tghid dawn ser jikkonkludu li l-gvern Malti ma tantx hu nteressat li problemi tal-finanzi pubblici jfejjaqhom izda aktar li jahbihom. Maghhom jistghu jehlu wkoll il-banek maltin li qed jiffinanzjaw b`mod qawwi self irresponsabbli bhal dan.
L-irresponsabilta` finanzjarja ta ` min qed imexxi qed issib konferma ma kull xahar li jghaddi.
Friday, 5 July 2002
Dejn tal-lum ghal skejjel t`ghada
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment