L-Orizzont
Nahseb li issa qed jinqabez kull limitu. Id-demokraizja f`dan il-pajjiz saret farsa tragika. Jidhirli li wasal iz-zmien li l-poplu malti permezz tal-vot tieghu juri li mhux lest ihalli lil min izebilhu , hu min hu, malti kif ukoll barrani.
Ma jistax il-poplu malti, jekk irid jibqa` jissejjah poplu sovran kburi b`pajjizu, ihalli ghaddej qisu ma gara xejn affarijiet li jinsultawh u li jgibu fix-xejn is-sovranita` tieghu.
Ejja nibdew mil-barrani.` Kellna dak li zvela id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Dr. George Vella dwar it-theddid ta` Verheugen lil Partit Laburisti li l-UE taghmel min kollox biex jibqa` fl-oppozizzjoni jekk jibqa` kontra shubija ta` Malta fl-UE. Ghadda zmien bizzejjed biex jekk xi hadd kellu jichad jew jiskuza ruhu, `jaghmel dan.`
`Ma jistax il-poplu malti, jekk irid jibqa` jissejjah poplu sovran kburi b`pajjizu, ihalli ghaddej qisu ma gara xejn affarijiet li jinsultawh u li jgibu fix-xejn is-sovranita` tieghu.` Is-skiet m`hu xejn hlief ammissjoni li dak li zvela Dr Vella hija l-verita sagrosanta`. L-irgulja u l-onesta` li bihom hu moghni Dr Vella ma jhallu ebda dubju dwar dan.` Mela kif qisu ma gara xejn` Mela x`sar minnhom il-pampaluni li jiftahru kemm jemmnu fid-demokrazija Mur gibu kieku sfida u theddida` bhal din saret minn xi hadd iehor b`gilda samra Mela r-regoli tad-demokrazija saru jimxu skond il-kulur tal-gilda`
Anke min huwa komplatament favur is-shubija ghandu jirribella ghal indhil bhal dan. Bid-differenzi kollha ta` bejnietna, mal-barranin ahna lkoll poplu wiehed u hemm huwa l-kaz li tassew ninsew id-differenzi, `meta l-barrani jinsulta lill-anqas wiehed minnha mqar jekk mieghu ma naqblu f`xejn.
Izda ghal insult bhal dan ma tniffes hadd. Il-media mixtrija din l-istorja difnitha.` Xi hadd minnhom staqsa lil Verheugen jekk hux tassew qal hekk` Xi hadd staqsa lil Verheugen jekk il-Partit Laburista ghandux dritt demokratiku biex jemmen u jghallem li Malta titlef is-sovranita` taghha bi shubija fl-UE`
Min fuq il-Prim Ministru dawwar il-kampanja biex jipprova jigbed lejh il-voti tal-laburisti li forsi jaqblu ma l-UE. Iridna ninsew id-differenzi.` Dawn il-laburisti, li ghandhom dritt ghal fehmithom, izda ghandhom jirriflettu ghala dan l-interess kollu biex Malta ddewweb is-sovranita` taghha u tigi ma tikkmanda xejn f`pajjizna.` Ghandhom jirriflettu x`wassal lil esponent qawwi ta`l-UE jhedded b`mod daqstant baxx lill-Oppozizzjoni li tirraprezenta nofs il-poplu. `Bil-flus tat-taxxi taghna, il-gvern, flimkien ma l-organizzazzjonijiet tan-negozju li dejjem sostnewh,` qed bl-aktar mod sfaccat jipprova jilwi jdejn il-poplu biex flok juza il-liberta` tal-hsieb li ttih demokrazija vera, igieghlu jaghmel dak li jridu l-gvern.`
Ghadhom jirriflettu aktar w`aktar dwar dan dawk in-nazzjonalisti li ma jaqblux ma shubija ghax huma veri nazzjonalisti u jemmnu tassew` fis-sovranita` ta` pajjizna.
Insult iehor lill-poplu qed isir mil-gvern malti. Bil-flus tat-taxxi taghna, il-gvern, flimkien ma l-organizzazzjonijiet tan-negozju li dejjem sostnewh, `qed bl-aktar mod sfaccat jipprova jilwi jdejn il-poplu biex flok juza il-liberta` tal-hsieb li ttih demokrazija vera, igieghlu jaghmel dak li jridu l-gvern.
Il-bumbardament permezz tal-media favur shubija fl-UE sar idardar l-istonku ta` kull min hu serju. L-izbilanc fir-rizorsi bejn il-gvern u l-oppozzizzjoni f`dan ir-referednum qed idawwar dan l-ezercizzju li suppost huwa l-essenza tad-demokrazija fi tradiment ta` l-istess demokrazija.
Spiccaw l-argumenti favur l-UE. Hekk kif dawn qed jitkissru wiehed wiehed mil-kritka specifika ta` l-oppozizzjoni, l-gvern dawwar il-media kollha biex ipengi shubija fl-UE bhala xi att tal-fidi.` Xi haga li ma ghandekx tirraguna dwarha izda li trid temminha b`ghajnejk maghluqa bhal ma tghid il-Kredu.
Mhux hekk forsi jfissru l-appelli tal-Prim Ministru biex ma narawx jekk hux se nbatu jew le, jekk hux se jkollna impjieg jew le, jekk hux ser tghola l-hajja jew le, izda ghandna bhal martri niehdu l-martirju bhala att tal-fidi fl-UE Mhux hekk forsi jfissru l-appelli tal-Prim Ministru biex ninsew li ghandna oppozzizzjoni Mhux hekk ifissru l-appelli tal-Prim Ministru lill-laburisti li jistghu jivvutaw favur l-UE bla ma jichdu l-Partit taghhom avolja huwa car li r-referednum huwa biss staffa ghall-elezzjoni li tigi dritt wara jekk ir-referendum imur kif jixtiequ l-gvern`
Il-flus tat-taxxi taghna mhux` qedin hemm biex il-gvern jillupjalna mohhna izda biex jatina informazzjoni dwar l-ghazliet veri li ghanda quddiemna.
L-abbuz tal-poter kemm minn barra u kemm minn gewwa ghandu jikkonvinci lil kullhadd li dan ir-referednum sar farsa u li hija biss elezzjoni serja u matura li tista twassal ghal bidu tas-soluzzjonijiet veri ghal problemi kbar li ghandu pajjizna
Monday, 17 February 2003
Abbuz tal-Poter
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment