Sunday, 16 February 2003

L-Ghazla Taghhom

Il-Kullhadd



Iflu ftit x`qed jipproponu n-nazzjonalisti.` Meta jargumentaw favur l-UE lanqas ghadhom igibu argumenti dwar kemm din hija ghazla tajba.

Fil-kampanja insew ghal kollox id-dettalji. Ma ghadhomx jiftahru bil-fondi la bil-mitt miljun , la bil-hamsin miljun u lanqas bis-sitta w`ghoxrin miljun. Kull ma qed jghidu hija biss li l-ghazla taghhom hija l-uniku ghazla u kull ghazla ohra hija falza u ma tezistix u ma ghandnix anqas biss nahsbu fiha. Xhieda ta` dan huwa l-appell tal-Prim Ministru biex ninsew li tezisti l-oppozizzjoni.

Li qed jghidulna n-nazzjonalisti huwa li la tant pajjizi barranin iridu jidhlu membri fl-UE, la xi erba ex-laburisti wkoll jaqblu li din hija l-uniku triq quddiemna, allura mohhna ma ghandux ghalfejn jirraguna izjed u ghandna nimxu wara l-gvern favur is-shubija shiha ikunu xi jkunu il-konsegwenzi. X`jimporta ghalihom li tant u tant nazzjonalisti f`din il-haga huma favur il-politika alternattiva kif imressqa mil-Partit Laburista!` Lil dawn ma jsemmuhomx. `issa jridu l-poplu flok juza s-sahha li ttih id-demokrazija ha jbiddel u jaghzel lil Partit Laburisti biex imexxih, iridu li l-poplu ma juzax mohhu u jemmen fl-UE bhal ma temmen f`Alla, bil-fidi u mhux bir-raguni.`

Qed jghidulna biex filwaqt li l-laburisti ilhom sittax il-sena jigu diskriminati, `issa li wasal iz-zmien ta` l-ghazla u ninsabu lejlet elezzjoni generali, issa ghandna ninsew id-differenzi ta` bejnietna u nimxu maghhom biex nidhlu membri fl-UE halli nservuhom sew ta` staffa halli jtawwlu ic-cens taghhom fil-poter.

Issa li s-sistema demokratika tati sahha mil-gdid lil-poplu biex jghid tieghu u juri s-supremazija fuq dawk li dahqu bih hames snin ilu u naqsu li jzommu dak li weghdu biex hatfu il-poter f`idejhom, issa jridu l-poplu flok juza s-sahha li ttih id-demokrazija ha jbiddel u jaghzel lil Partit Laburisti biex imexxih, iridu li l-poplu ma juzax mohhu u jemmen fl-UE bhal ma temmen f`Alla, bil-fidi u mhux bir-raguni.

Ghax jekk taghsar il-messagg tan-nazzjonalisti u ta` dawk li qed idoqqu it-trumbetta taghhom u jippruvaw jahslulna mohhna halli ma nibqghux nirragunaw, kulma johrog huwa messagg pjuttost semplici. Messagg li n-nazzjonalisti qed jiddikjaraw bl-aktar mod car li qatghu qalbhom milli jistghu joffru soluzzjonijiet prattici ghal problem tal-pajjiz li holqu huma stess, izda mhux lesti li skond id-demokrzija jhallu l-alternanza tal-poter halli jidhol gvern frisk u b`entuzjajzmu u dinamizmu joffri soluzzjonijiet godda ghal problemi antiki. Ghalhekk biex jinstabu soluzzjonijiet godda bla ma jitilfu l-glorja tal-poter, iridu li tkun l-UE li tiehu f`idejha it-tmexxija ta` pajjizna halli taghmel dak li huma mhux aktar kapaci jaghmlu u fil-process pajjizna jitmexxa mil-barrani flok nibqghu b`rajna f`idejna.

L-aktar wiehed sfaccat li jsostni dan l-argument huwa l-Ministru John Dalli. Ripetutament jghid, jikteb u jiftahar li ghandna bzonn shubija fl-UE biex il-poter ma jibqax f`idejn il-poltici maltin issa li wasal zmien l-alternanza ghax dal-gvern ghejja u dejjaq lil kullhadd. `Jekk jghid le issa, il-poplu jifdallu kull cans biex fil-futur jerga` jahsibha jekk ic-cirkostanzi jitolbu hekk.`

Ara f`dawn il- hdax il-sena li ilu hu Ministru tal-Finanzi li matulhom haraq il-kaxxa ta` Malta u mliena bid-dejn ghal uliedna w ghal uliedhom ukoll, ara meta mar wahdu wahdu jbiegh il-Mid-Med Bank bir-rebass lil barrani kontra kull policy ta` trasparenza fil-process ta` privatizzazzjoni, dak in nhar ma ddejjaq xejn li l-Ministri Maltin mhux biss juzaw il-poter tal-kariga izda sahansitra jabbuzaw minnu.

Izda issa, dawn li jippretenduha ta` professuri tad-demokrazija, issa li wasal zmien l-alternanza, iridu l-poplu jaghzel li ma jibqax jitmexxa mil-Maltin izda li jerhi lhietu f`idejn il-barranin li certament jibqa` grat lejn min irid li joffrilhom lil Malta lura fuq platt tal-fidda bi prezz irhis hafna.

Il-poplu ghandu jehodha kontra kull min irid jehodlu d-dritt sovran tieghu. Jekk jghid iva issa ma jkun jista` qatt u qatt jerga` jibdielu. Il-gvern li jeleggi wara li jghid iva, jkun sottomess ghal ligi ta` l-UE li bhal pajjiz zghir ma jkollna prattikament influwenza ta` xejn fuqha. Jekk jghid le issa, il-poplu jifdallu `kull cans biex fil-futur jerga` jahsibha jekk ic-crikostanzi jitolbu hekk.

Min tassew ihobb id-demokrazija ma ghandux jivvota iva fir-referenum.` Ghax anke jekk jaqbel li nidhlu, `dan ghandu jsir biss wara li qabel xejn `pajjizna jerga jitqajjem ekonomikament min gharkubbtejh fejn wassluh in-nazzjonalisti. U ghandu jsir wara li nkunu nafu sewwa x`kostitutuzzjoni ser tkun topera fl-UE. Sal-lum ghadna ma nafux `sewwa x`inhuma l-obbligi u d-drittijiet taghna ghax dak li ftehmna fuqu ser jigi mibdul qabel ma nidhlu membri bla ma ahna parti mil-process ta` tfassil tal-kostituzzjoni gdida ta` l-UE daqs il-pajjizi li ga huma membri.` Tassew li qed ihajjruna nixtru s-shab fl-ajru u l-hut fil-bahar.

No comments:

Post a Comment