Il-Kullhadd
Il-karnival mhux ser jispicca kmieni kif qalu. Mhux minnu li l-karnival ser jieq it-tnejn 3 ta` Marzu.` Mill-anqas se skompli sas-sibt 8 ta` Marzu meta mistennija mmorru nivvutaw ghar-referendum.
Dak li suppost ghandu jkun l-essenza tad-demokrazija popolari gie ridott mil-gvern arroganti li ghandna bhal farsa jew tragedja demokratika.` Ghax li gvern flok ihalli l-poplu ghazla libera anke jekk juri fejn jixtieq jasal, jibbumbardja l-imhuh biex hadd ma jibqa`jahseb u jisforza lil poplu biex jaghzel dak li jridu jaghhzel il-gvern, m`hi xejn ghajr tragedja demokratika.
`Dak li suppost ghandu jkun l-essenza tad-demokrazija popolari gie ridott mil-gvern arroganti li ghandna bhal farsa jew tragedja demokratika.` Dan ir-referednum ghandu erba` difetti bazici li jcahhduh mill-ingredejnti essenzjali biex jghodd bhala ezercizzju tassew demokratiku.
L-ewwel ghandu mistoqsija hazina. Flok jistaqsi lil poplu jekk iridx li jidhol bhala membru shih fl-UE skond il-pakkett li nnegozja l-gvern jew inkella jaghzilx li nifthu negiozjati godda li jwasslu ghal `Partnership, il-mistoqsija hija biss jekk irridux nidhlu membri jew le fl-UE fi-tkabbir li jmiss. U jekk nghidu le ghal x`hiex inkunu qed nghidu le` Skond Joe Saliba, is-segretarju tal-PN inkunu qeghdin biss nahlu flus il-poplu ghax il-gvern jibqa jaghmel referendum wara l-iehor biex fl-ahhar nghidu iva u mbaghad ma jistqsuna mill-gdid qatt u qatt izjed.
It-tieni, `referendum nazzjonali qatt u qatt ma ghandu jinzamm fis-shana ta` elezzjoni generali.` Sahansitra sar ghodda biex il-PN jaghmel il-kampanja elettorali tieghu mhallsa mit-taxxi taghna.
It-tielet il-gvern li jaghmel referendum ghandu jkun f`qaghda li jezekwixxi dak li jiddeciedi l-poplu. Dan il-gvern ma ghandux manadat li jwassal sa 1 ta` Mejju 2004 meta se jsir it-tkabbir u ghalhekk ma ghandux poter biex jezegwixxi l-ghazla tal-poplu anke jekk il-poplu jaghzel dak li jrid il-gvern. Ghahekk kien ikun floku li l-ewwel ssir l-elezzjoni halli l-gvern igedded il-mandat u mbaghad ir-referednum isir wara.
`hadd ghadu ma spjega ghalfejn din l-ghaggla biex naghmlu r-referendum meta ghadu hadd ma ra t-trattat finali u meta hafna pajjizi ser jistennew sal-harifa biex izommu r-referednum taghhom avolja il-gvern taghhom mhux imdendel minn hajta kif inhu l-gvern Malti li wasal fi tmiem il-mandat tieghu.` Ir-raba il-poplu ghandu b`mod seren jisma` l-argumenti taz-zewg nahat u dawn ghandhom jinghataw facilitajiet pubblici u kontrollati biex iwasslu l-messagg taghhom ha jiffacilita` l-ghazla libera ta` l-elettorat u mhux qed ikollna bumbardament minn naha wahda biss. Kif qed isir dan ir-referednum il-gvern irid li flok tirbah l-ghazla tal-poplu tirbah is-sahha tal-flus.` Demokratikament sejrin lura ghal qabel il-gwerra meta l-voti kienu mhux wiehed kull persuna izjed numru ta`voti ghal kull persuna skond kemm ikollha beni.
Zewg miljuni mil-MIC, Lm200,000 mill-UE, ippumpjar mil-korpi kostitwiti li kollha gew imwiezna minn fondi pubblici biex jaghmlu l-istudji taghhom, kollha qed jiffukaw biex flok ihallu l-poplu jahseb fil-liberta` ibezzghu lill-elettorat li gej `dannu u kastig kbir jekk jitlef l-opportunita` li jaqbad l-ahhar trenn li jwassal sal-genna.
U fuq kollox hadd ma cahad jew skuza ruhu talli Verheugen hedded lil Dr George Vella li jekk il-Partit Laburista se jkompli jaghmel dak li hu fl-interess ta`Malta, l-UE kienet ser tindahal fl-affarijiet interni taghna ha tizgura li l-Partit Laburista jibqa` fl-oppozizzjoni.
U hadd ghadu ma spjega ghalfejn din l-ghaggla biex naghmlu r-referendum meta ghadu hadd ma ra t-trattat finali u meta hafna pajjizi ser jistennew sal-harifa biex izommu r-referednum taghhom avolja il-gvern taghhom mhux imdendel minn hajta kif inhu l-gvern Malti li wasal fi tmiem il-mandat tieghu.
Ghalhekk ir-referendum ser ikun krnival demokratiku li ma jwassal imkien hlief ghal tberbiq ta` flus il-poplu.` Id-decizjoni vera `tal-poplu trid tistenna ll- elezzjoni u x`jigi wara.
Sunday, 23 February 2003
Il-Karnival Ikompli
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment