Sunday, 9 February 2003

Naghmlu l-Agenda Taghna

Il-Kullhadd



Filwaqt li ninsabu ffukati fuq il-kwistjoni ta` l-UE ma rridux ninsew li ghal nhar it-8 ta` Marzu huwa aktar importanti li l-Partit Laburista jirregistra rizultat tajjeb fil-kunsilli lokali li jmisshom jigu eletti.

Il-hajja tac-cittadini hija hafna aktar effetwata mil-ezitu tal-Kunsilli Lokali milli mill-ezitu ta` referendum konsultattiv li se jhallina ezatt kif bdejna,nistennew decizjoni ta` elezzjoni generali.

Fid-distretti fejn nohrog jien hemm l-elezzjonijet tal-Kunsilli f`Hal Tarxien u fil-Gudja. Zewg postijiet b`magguranza cara laburista. Hemm bzonn li niffukaw ukoll fuq dawn l-elezzjonijiet biex il-partit jiehu l-premju tax-xoghol qawwi li sar fil-lokalita` f`dawn l-ahhar tlett snin.

`Il-hajja tac-cittadini hija hafna aktar effetwata mil-ezitu tal-Kunsilli Lokali milli mill-ezitu ta` referendum konsultattiv li se jhallina ezatt kif bdejna,nistennew decizjoni ta` elezzjoni generali.` Hal-Tarxien huwa lokl fejn tara b`ghajnejk u tmiss b`idejk ix-xoghol siewi li jaghmel il-kunsill habrieki laburista mmexxi mis-sindku Pawlu Farrugia. Rahal ordnat u nadif fejn ittiehdu inizjattivi edukattivi u kulturali ta` fejda ghal komunita`. Rahal fejn is-sindku jaf x;inhu ghaddej f`kull rokna tieghu u dejjem lest biex jaghti kull ghajnuna ghall-ilmenti li jressqu l-kostitwenti. Lokal fejn il-Partit Laburista jersaq bi kburija quddiem l-elettorat ghax wettaq il-parti kbira hafna ta` dak li kien wieghed.

L-istess il-Gudja. Rahal fejn ix-xoghol kbir li sar gie mxellef biss mil-fatt li l-gvern centrali baqa` ma ghaddiex il-flus necessarji biex isir ix-xoghol fit-toroq tan-naha ta` Xlejli.` Hemm nies li ilum joqghodu 15 il sena u aktar f`post iffurmat fejn izda it-toroq ghadhom bhal ta` wicc il-qamar.` Residenti li ilhom snin u snin li hallsu road contribution ghadhom isaffru jaraw kemm ghal Gvern Nazzjonalista il-Gudja ma ghandha prijorita` xejn.

Lir-residenti tal-Gudja naghtihom` il-weghda solenni li rega` tenna il-Leader dan l-ahhar. Appena jkun hemm gvern Laburist ser jizgura li l-kunsill Laburista` tal-Gudja jinghata l-fondi necessarji biex it-toroq ta` Xlejli isiru u biex in-nies tal-lokal jibdew jghixu f`ambjent li jixraq is-seklu wiehed u ghoxrin.

Lil kumplament ta` Malta u w`Ghawdex ix-xewqa tieghi hija li jinnuttaw kif il-Gvern nesa` r-regoli tad-demokrazija u qed jonfoq flus it-taxxi taghna biex johnoq lill-Oppozizzjoni u jnizzel` l-progett ta` shubija shiha fl-UE minn grizmejna billi jillupjalna l-menti bil-propaganda.

U jghinuh f`dan il-mestier ghandu mhux biss il-gurnalisti mixtrija li jcansru l-gvern f`kull eventwalita` ghax qed jieklu sew l-ghalf mit-taxxi taghna, izda ghandu wkoll l-organizzazzjonijiet tan-negiozju li bhal kor wiehed johorgu b`mod bla sens jaqblu ma dak kollu li jghid il-gvern. `Ejja nizguraw li l-Laburisti nqumu ha nibdew mil-kunsilli u nkomplu bl-elezzjoni u jekk imbaghad ta` l-MHRA jigu jeqirdu nibghatuhom ghand hbiebhom tal-PN.`

Din il-gimgha hargu bl-incens l-assocjazzjoni tal-lukandi u ristoranti l-MHRA.` Seba snin ilu jien kont Vici-President taghha u dak iz-zmien kienet tassew tiddefendi l-interessi ta` l-industrija l-aktar meta konna ghamilna front qawwi kontra l-introduzzjoni ta` VAT ta` 10% fuq it-turizmu.` Kien bis-sahha ta` dan il-front li l-Vat fuq it-turizmu mbaghad nizlet ghal 5%.

Izda llum l-MHRA flok tara l-izvantaggi kbar u certi li jezistu ghat-turizmu Malti bid-dhul ta Malta fl-UE tispekula x`jista jigri jekk xi darba b`Malta barra mill-UE , il-pajjizi tal- l-Ewropa jiehdu mizuri fisklai (taxxi) diskriminatorji kontra l-pajjizi li mhux membri biex jaghtu incentiv ghat-turizmu bejn il-pajjizi membri.

Il-verita` hi li huwa hafna aktar probabbli li jigri bil-kontra, jigifieri li l-UE bhala suq wiehed jiehdu mizuri fiskali fuq it-trasport intern.` Jekk jiehdu mizuri fuq it-trasport estern ikunu qed jistiednu mizuri diskriminatorji minn pajjizi ohra fosthom l-iStati Uniti.`

Il-verita` hi li bid-dhul fl-UE il-prodott turitiku Malti johgla immedjatament bi 2% minhabba l-effett tal-VAT fuq il-margni tat-Tour Operator. Il-verita` I li bid-dhul fl-UE Malta titlef l-attrazzjoni tad-duty free.

Sadanittant l-MHRA idoqqu l-vjolin lil gvern flok jiddefendu l-interssi tal-membri taghhom. Mela kullhadd raqad`

Ejja nizguraw li l-Laburisti nqumu ha nibdew mil-kunsilli u nkomplu bl-elezzjoni u jekk imbaghad ta` l-MHRA jigu jeqirdu nibghatuhom ghand hbiebhom tal-PN.

Alfred Malta





No comments:

Post a Comment