L-Orizzont
Il-Kummissarju ghat-tkabbir ta` l-UE Gunther Verheugen kien Malta fl-24 ta Jannar u ftahar kemm tawna offerta generuza u kemm Malta jaqblilha li taghzel l-offerta li gab il-gvern nazzjonalista ghax din hija l-ahjar wahda possibbli.
Gurnata qabel Verheugen kien qed jindirizza il-kumitat ta` l-affarijiet barranin tal-Kunsill ta` L-Ewropa` u qal dawn il-precizi kelmiet:
`It-tkabbir ta` l-UE qed iqumilna anqas milli konna nahsbu. L-arrangament li sar f`Copenhagen iqum Є 1.7 biljuni anqas mil-limitu massimu miftiehem f`Berlin ghal impenji tas-snin 2004 ` 2006 u Є9.4 biljuni anqas mil-massimu ta` pagamenti disponibbli. U mil -Є25.1 biljuni pagamenti approvati` ghal dan il-perjodu, Є14.8 biljuni ser johorguhom il-membri godda stess u ghalhekk l-ispiza netta ghal hmistax il-pajjiz tal-UE se tkun biss ta Є10.3 biljuni`
Jekk hemm xi hadd li ghadu jiddubita li` l-gvern nazzjonalisti irid ibieghna b`irhis ghandu jnehhi kull dubju. Anke jekk tinsa l-argumenti kollha li l-flus ghal progetti ma jghoddux bhala` kontanti u se jkun difficli li nircevuhom ghax ma ghandniex l-infrastuttura mehtiega biex tlahhaq mal-burokrazija ta` l-UE li trid telghibha biex tiehu dawn il-fondi, anke jekk taccetta li fil-fatt, minkejja l-improbbabilita` kollha, se ndahhlu il-fondi kollha li qal il-gvern, xorta jibqa` l-fatt li jrid ibieghna bl-irhis.
`Jekk hemm xi hadd li ghadu jiddubita li` l-gvern nazzjonalisti irid ibieghna b`irhis ghandu jnehhi kull dubju.` U zgur li hadd ma ghandu jiddubita li Lm81 miljun ta` l-ewwel tlett snin jirrizultaw biss minn arrangent temporanju ghal kumpens specjali li jammonta ghal Lm97 miljun ghax kieku mhux hekk konna nispiccaw minn taht Lm16 il-miljun sa mill-ewwel tlett snin, bl-objective one funding b`kollox.
U ftit hemm dubju li wara l-ewwel tlett snin dan l-arranament temproanju ta` ghotja fi flus kontanti tispicca u nkunu intitolati biss ghal flus ghal progetti li ma nafux jekk hux se jkunu aktar mill-flus li irridu nhallsu fi flus kontanti.
Wiehed jistaqsi ghala nies bhal Verheugen jitkellmu mod meta jkunu f`pajjizi kandidati ghas-shubija u b`mod ferm differenti meta jkunu qed jitkellmu fl-istituzzjonijiet ta` l-UE.
Jien nahseb li naf ghaliex.` Ghax hekk ukoll jaghmel salesperson meta jkun qed jitkellem ma klijent.` Jitkellem b`ton u lingwagg ferm differenti minn meta jkun qed jitkellem mal-principal tieghu li jkun inkaragat miz-zieda fil-pakkett tas-salarju tas-salesperson. `Il-Prim Ministru imissu jisthi jazzarda jissuggerixxi li jekk il-Maltin jaghzlu li jirrifjutaw il-pakkett li gab huwa dan ikun ifisser li l-industirji serji kollha li jesportaw ikollhom jaghlqu.`
U qed naraw hafna diskors iehor fil-vojt ukoll.` Il-Prim Ministru imissu jisthi jazzarda jissuggerixxi li jekk il-Maltin jaghzlu li jirrifjutaw il-pakkett li gab huwa dan ikun ifisser li l-industirji serji kollha li jesportaw ikollhom jaghlqu.
Mela kif industriji bhal St Micro electronic, Pharmaned, Bradstatter, Dowty, Baxter, Methode, Denim u tant u tant ohrajn investew u ghadhom jinvestu meta dawn ma jafux x`se jaghzlu il-Maltin Dawn l-industriji bis-shubija u minghajra xorta jkollhom access ghas-sweiq ewropej. Tant hu hekk li ga qed jesportaw. Li jridu dawn l-industriji hu li jithallew fil-kwiet bla ma hadd idahhalhom bhal ballun f`nofs il-poltika maltija u li l-ispejjez tan-negozju jibqghu kontrallati halli jkunu jistghu jibqghu kompettivi fil-prezz. U mela noqghodu inbezzghu li jaghlqu l-fabbriki jekk ma nidhlux fl-UE!` Il-fabbriki jaghlqu jekk ma nibqghux kompetittivi.
U cajta ohra qalilna il-Ministru Austin Gatt meta qal li l-ftehim mal-Microsoft gie minhabba l-UE.` Kieku kien hekk kieku l-Microsoft kienu jistennew ir-rizultat tar-referednum qabel ma jaghmlu l-ftehim.` Kienu kien hekk kieku l-Microsoft kienu jmorru l-Ungerija fejn hemm zgur li ser jghaddi r-referendum.` Gew Malta ghax Malta tista` toffri xi haga differenti.` Merhba bihom.
Monday, 3 February 2003
Bl-Irhis
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment