Sunday, 2 February 2003

Il-Banketta

Il-Kullhadd



Il-banketta tal-PN iridu jaghmluha fit- 8 ta` Marzu 2003.` Tifhmuni li qed nirreferi ghar-referednum izda dan ikun aktar addattat jekk jissejjah il-banketta tal-PN.

Ghax tal-PN ir-referednum iriduh biex iservihom bhala banketta biex forsi jghinhom jixxabtu ftit ha jaqbzu ic-cint ta` l-elezzjoni li ghalihom minghajr il-banketta huwa gholi wisq.

Ghax in-nies fl-elezzjoni ma jimpurtahomx biss mill-UE.` Jimpurtahom aktar, hafna aktar, mill-problemi tal-hajja ta` kuljum. Meta immur fid-djar in-nies l-aktar li jridu jiddiskutu mhux tant l-UE izda l-problemi li qed jifnuhom bhall-gholi tal-hajja, it-telfien ta` impjiegi, l-incertazza dwar il-livell ta` ghixien li ghandhom, il-pensjonijiet, il-problemi ambjentali, l-ghafsa tat-taxxi , il-medicini li mhux isibu mill-isptar u affarijiet ohra bhal dawn.`

`ir-referednum iriduh biex iservihom bhala banketta biex forsi jghinhom jixxabtu ftit ha jaqbzu ic-cint ta` l-elezzjoni li ghalihom minghajr il-banketta huwa gholi wisq.` Izda tal-PN fuq dawn ma jridux jitkellmu.` Iriduna nitkellmu biss fuq l-UE.` Flok nitkarrbu bl-ugiegh tal-problemi tal-lum iriduna nemmnu li l-UE ghandha soluzzjonijiet magici lesti ghalina.` Flok niggudikawhom fuq it-tmexxija hazina li waslitna f`xifer falliment iriduna nemmnu li kollox jissewwa kif nitwahhdu` mal-pajjizi `l ohra fl-UE.

Araw kemm qomsu hekk kif il-Leader taghna il-gimgha `l ohra issuggerixxa li l-banketta tar-referednum nghamluha in-naha `l ohra tac-cint elettorali ` naghmnluha wara l-elezzjoni. Banketta bhal din lin-nazzjonalisti ma sservihomx. Ghax bla banketta ma jistghux jaqbzu ic-cint.` Bla banketta jitkissru mac-cint ta` l-elezzjoni.

Mela fl-istess nifs li jippriedkaw li r-referednum ghandu jkun wiehed nazzjonali `l fuq mil-politika,` fil-prattika jaghmlu preciz l-oppost u juzaw ir-referednum bhala banketta biex jilhqu l-ghanijiet politici taghhom li jibqghu fil-poter.

Ghalhekk meta l-Leader issugerrixxa li l-banketta npogguha wara u mhux qabel ic-cint il-Prim Minsitru sibel. Flok accetta din bhala proposta interessanti li setghet fil-fatt twassal ghal referendum tassew nazzjonali, bla kliem u bla sliem irrisponda li hu il-banketta jrida bil-fors qabel ic-cint. `min jipprova jitla` fuq banketta zlogata taf thabbtu, sabbtu u tfarrku dritt fic-cint`

Prova aktar minn hekk kemm l-interss nazzjonali ghan-nazzjonalisti ma jfisser xejn ma ghandniex bzonn. Meta kellhom ic-cans li l-boghod mis-shana ta` l-elezzjoni il-poplu jiddeciedi kif irid jimxi `l quddiem rigward l-UE u jsir referendum tassew nazzjonali, flok fethu diskussjonijiet biex jiccaraw u jinnegozjaw arrangament accettabbli ghagglu jigru jhabbru li l-banketta se jpogguha quddiem ic-cint. Li ser jaghmlu girja bit-taghma li bil-flus tat-taxxi taghna jiehdu rankatura biex l-ewwel jitilghu fuq il-banketta u mbaghad permezz tal-ligi fizika tal-momentum jaqbzu wkoll ic-cint elettorali.

Dal-ghodu il-Konferenza Generali tal-Partit qed tiltaqa biex tiehu decizjoni kif il-Partit ghandu jimxi rigward il-banketta quddiem ic-cint tan-nazzjonalisti.

Perzwaz li l-Konferenza ser taghraf li tiehu d-decizjoni li tkattar ir-rebha elettorali li hemm tistenniena biex Malta jkollha l-bidla li tassew ghanda bzonn.` Ma ninsewx li banketta trid erba saqajn u banketta bla erba saqajn mhux soda bizzejjed biex wiehed jitla fuqha ha jaqbez ic-cint. Anzi` min jipprova jitla` fuq banketta zlogata taf thabbtu, sabbtu u tfarrku dritt fic-cint

No comments:

Post a Comment