Thursday, 26 June 2003

Allaharesqatt jew Rejalta Gdida

L-Orizzont 

Bdiet fil-parlament id-diskussjoni dwar ir-ratifika tat-trattat biex Malta issir membru ta’ l-UE. Il-gvern qed jemfasizza li t-trattat iffermat ma jistax jinbidel u allura bhal speci id-diskussjoni fil-parlament qed issir bhala procedura u mhux biex issir analizi li tista’ twassal ghal xi tibdil.

L-argument tal-gvern huwa li il-poplu ddecieda b’mod car jekk mhux fir-referendum allura fl-elezzjoni u ghalhekk issa jonqos biss li d-decizjoni tal-poplu maghmula b’mod demokratiku tigi ezekwita permezz tal-magguranza fil-parlament.

U dan ma tantx tista’ targumenta kontrih mil-lat prattiku. Ghax il-fatti huma li huma. Mil-oppozizzjoni tista’ tikkritka, targumenta, tilmenta jew tipprotesta izda ma tistax tezegwixxi.

Nghid ghalija jien ghadni konvint, kwazi aktar minn qabel meta nara l-izviluppi li qed isehhu mil-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Ewropa, li ghal pajjizna il-politika ta’ Partnership kienet aktar addattata. Konvint li l-Ewropa li ser nidhlu fiha ma hix dik li fuqha sar il-ftehim tat-trattat. Il-Konvenzjoni ga qed tipprogetta tibdil kbir li jkompli jnaqqar is-sovranita’ tal-pajjizi membri individwalment specjalment tal-pajjizi z-zghar, l-izghar fosthom Malta. Hafna drabi qed jigri li biex jiggustifikaw it-tibdil li jixtiequ, Malta qed tintuza bhala argument ghala t-tibdil huwa mehtieg.

Il-pajjizi ‘l kbar jargumentaw li ma jistax certi decizjonijiet jibqghu sugett ghal veto ghax inkella pajjiz zghir bhal Malta ikollu sahha jimblokka decizjonijiet li jaqblu maghhom il-magguranza tal-pajjizi u tal-popli ewropej.

Huwa car li l-UE li ser ikollna nghixu rejalta gdida maghha, ser tkun differenti min dik li ftehmna fuqha. U dan kien u ghadu previdibbli. Ghax jekk ma jinbidlux l-affarijiet l-UE li ser tikber ghal 25 membru u aktar tard ghal 27, 28 u eventwalment ghal aktar minn 30 membru ma tistax tahdem bil-konsensus. Inkella tistalla u tibqa’ ffrizata meta tigi biex tikkompeti ma l-Stati Uniti kemm f’termini ekonomici kif ukoll f’termini politici.

U aktar ma jigri dan aktar nikkonvinci ruhi kemm kien ikun jaqbel ghal Malta li naddottaw politika ta’ partnership anke jekk ekonomikament konna naslu ghal ftehim li jwassal biex Malta gradatament tippartecipa b’mod shih fis-suq uniku ewropew bhal ma jghamlu n-Norvegja u l-Islanda u bhal ma ghad taghmel l-Isvizzera.

Ejja niehdu biss biss x’gara fil-kwistjoni tas-sigriet bankarju ghal depoziti ta’ barranin ma banek Maltin. Malta u pajjizi kandidati ohra ma thallewx jinnegozjaw arrangamenti li jzommu dan is-sigriet bankarju ghax l-UE ghamlitha cara li anke pajjizi membri li ghandhom dan is-sigriet iridu jnehhuh. Gara izda li pajjizi membri bhal Lussemburgu, Belgium u l-Awstrija fl-ahhar irnexxielhom izzommu s-sigriet bankarju. Allura issa gejna li pajjizi barra l-UE zammew is-sigriet bankarju, pajjizi ga membri zammew is-sigiret bankarju izda l-membri godda fosthom Malta ma thallewx izomm is-sigriet bankarju. Min qal li l-UE ma tistax tati arrangament ahjar lil min hu barra milli tati lil membri taghha, nahseb li jekk jiehu dan b’ezemplu ghandu jerga jahsibha.

Izda tajba kemm hi tajba poltika bhal din, konvinti kemm konna u ghadna konvinti minnha, jibqa l-fatt li l-progetti tista biss twettaqhom mill-gvern u mhux mill-oppozizzjoni. U jigri hafna drabi li rejalta’ la darba ssehh ma tistax treggaghha lura lanqas meta ghada pitghada tkun fil-gevrn. Ghax l-affarijiet jinbidlu, ic-cirkustanzi jinbidlu, l-erghuq jinzlu fil-fond u biex tibdel tispicca taghmel aktar hsara milli gid.

Niehdu b’ezempju il-power station ta’ Delimara. Ma naqblux sal-lum li saret fejn saret izda jista’ xi hadd jghaddielu minn mohhu li jzarmaha u jehodha x’imkien iehor? L-istess l-UE. Sa hames snin ohra Malta tkun integrata tant fl-UE li minkejja kull konvinzjoni li l-affarijiet setghu saru ahjar, ghal maghmul ma jkunx hemm kunsill u jkun jaqbel li flok toqghod timmedita l-passat tara kif ser taghmel l- ajjar minn cirkustanzi li ma tistax tibdel izjed. Bhal meta tizzewweg u jkollok it-tfal x’jiswa li toqghod tohlom kemm kien ikun ahjar kieku bqajt guvni jew xebba?

Hekk hi l-UE. La darba tidhol anke jekk din tkompli tinbidel b’mod li ma tkunx tirrifletti dak li l-poplu jkun ivvota ghalih fil-bidu, isir difficli hafna li tikkonsidra xi alternattiva li tmur lura ghal pozizzjoni ta’ qabel is-shubija.

U ghalhekk semmejt dan l-artiklu allaharesqatt jew rejalta gdida. Biex tifhmu li dak li konna nghidu qabel l-elezzjoni kien tajjeb qabel ma l-poplu fis-sapjenza tieghu vvota kif ivvota fl-elezzjoni li ghaddiet izda ma ghadux jghodd ghal cirkostanzi fejn Malta issa, tajjeb jew hazin, ghazlet li ssir membru fl-UE.

Li hu zgur huwa li l-Partit Laburista jekk ser jibqa’ fl-oppozizzjoni ser ikompli jitlef il-kredibbilita’ ghax ikollu bilfors jitlaq minn platforms ta’ policy li jkun bena tul hafna snin u kull darba jrid jerga’ jibni mill-gdid. Li juri kemm huwa minnu li partit politiku li jaghmel zmien twil fl-oppozizzjoni jibda jipperikola l-ezistenza tieghu.

Ghalhekk ejja nibdlu policies kull fejn hemm bzonn biex niehdu konjizzjoni tar-rejlatajiet godda. Izda qabel kollox ejja nizguraw li niehdu il-mizuri kollha li hemm bzonn biex il-partit isir kredibbli ha jigbed warajh il-magguranza ta’ l-elettorat. Ghax l-aqwa policies u pjani ma jiswew ghal xejn jekk nibqghu fl-oppozizzjoni.

Ghalhekk jien ghadni mugugh sal-lum li meta ppruvajt nuri minn qabel fejn konna se nwegghu, l-aktar billi ghedna li kollox jigi deciz b’elezzjoni flok accetajna minn qabel decizjoni ta’ referendum basta jsir sewwa u wara l-elezzjoni, flok hadt apprezzament li kont qed nipprova nevita hames snin ohra fl-oppozizzjoni, hadt reputazzjoni li jien ma naqbilx mal-policy tal-partit. Policy li fil-fatt qatt ma kien hemm u li saret kif kont nissugerixxi jien proprju fl-ahhar, meta izda kien tard wisq. 

No comments:

Post a Comment