Il-Kullhadd
Pretendejt biss li dak li nahdem ghalih
nara ir-rizultat tieghu. Meta gbarna l-fondi u meta mexxejt is-super one ir-rizultat kien car u tani sodisfazzjon kbir. Hemm kont imexxi t-team jien u nerfa’ r-responsabbilita’ ta shabi li kienu qed jghinu mieghi. Meta hrigt ghall-elezzjoni ma hdimtx ghal voti persunali. Hdimt ghal
voti ghal Partit.
Dhalt fid-djar li
qatt ma dahhlu laburisti.
Ippreswadejt u kkunvincejt. Ghalkemm ma tlajtx fil-parlament perzwaz li ressaqt mijiet ta’ voti godda lejn il-Partit.
Izda aktar voti twarrbu minna li ssuperaw il-voti godda li gbidna lejna. Tant xoghol ma sewa ghal xejn. Tant aspirazzjonijiet li kienu bbazati fuq indikaturi cari li l-poplu ried bidla u kien iddejjaq bin-nazzjonalisti ma
swew ghal xejn.
U allura hawn
jien bilfors irrid nirrifletti u nistaqsi. Il-punt dwar is-shubija fl-UE kien tant punt ta’ principju li kellna nissagrifikaw rebha elettorali? Din mistoqsija
sinciera.
Mistoqsija li hafna qed jistaqsuha bil-kwiet izda li hemm bzonn li min ghandu r-rresponsabbilta’ tal-kitba bhali jistaqsi halli jwassal l-ugieh tal-qalb ta’ dawk li ghadhom jibku u jitnikktu sal-lum.
Kemm nixtieq li nista’ nghid li l-ugiegh tat-telfa ta’ l-elezzjoni ghadda. Kemm nixtieq li nista’ nghid li issa li kien kien u li sar sar u u hemm bzonn li nharsu biss ‘l quddiem biex dak li ma ksibnihx issa niksbuh id-darba li gejja.
Nixtieq, izda ma nistax. Ma nistax nieqaf
nahseb fuq dak li gara, ghala gara u x’se naghmlu biex dak li gara ma jergax jigri. Nibza li billi nharsu ‘l quddiem biss ma nitghallmux fejn morna hazin, inkunu biss qed nghixu bit-tama u mhux nibnu fuq
is-sod.
Jien l-ewwel prijorita’ tieghi il-partit. Jekk ghandi objettiv f’hajti huwa li nara il-Partit Laburista b’sahhtu fil-gvern imexxi il-pajjiz ‘l quddiem u jtejjeb il-livell ta’ l-ghixien tal-haddiema ta’ taht u tan-nofs waqt li jipprovdi spazji biex anke il-kapitalist ikun jista’ jinvesti u jaqla’ ha
johloq ix-xoghol.
Kull ma naghmel naghmlu b’dan l-objettiv f’rasi. Meta kont Chairman
tal-Kumitat li gbarna l-fondi ghal bini tal-headquarters, meta ghamilt
sentejn u nofs xoghol iebes immexxi s-Super One u meta hrigt
ghall-elezzjoni dan l-ahhar ghamiltu ghax inhobb lill-Partit u ridtu jmur ‘l quddiem. Qatt ma hadt xejn, qatt ma tlabt xejn u qatt ma ppretendejt xejn.
“Jekk ghandi objettiv f’hajti huwa li
|
Allura bilfors li tahseb u tithasseb. Ghax ahna
nezistu biex nirbhu l-elezzjoni. Il-kwartieri u s-super one u r-riszorsi kollha li ghandna ma jfissru xejn fihom infushom. Ifissru biss jekk iservu ta’ mezzi kif ser nirbhu l-elezzjoni.
U meta ma nirbhux
ma nistghux nippretendu
li ma gara xejn. U jekk ma nirbhux elezzjoni li kien car li stajna rbahna allura aktar w’aktar ma nistghux nagixxu qisu ma gara xejn.
Gara
hafna.
U ddur kif iddur issib li l-poplu ma ghazilx lil-gvern nazzjonalista.
Kieku il-poplu kellu
quddiemu ghazla normali bejn gvern laburista u gvern nazzjonalista m’hemmx dubju li kieku llum qeghdin fil-gvern.
Il-build up tar-rizultati
tal-kunsilli lokali tas-snin 1999 – 2002 juru din
ix-xejra bic-car.
Izda fl-ahhar elezzjoni ahna lil poplu gieghelnih jaghzel. Jew membri fl-UE
jew il-Partit Laburista fil-gvern. U l-poplu ghazel. Bl-aktar mod car
ghazel l-UE.
Laburisti konvinti u genwini quddiem ghazla bhal din ghazlu li jiskartaw il-partit taghhom.
Min ma jaccettax dan allura ma jaccettax ir-rejalta li taraha u tmissha b’idejk.
“Ma stajnix
|
Ghax jekk huwa punt ta’ principju allura m’hemmx x’tiddiskuti. Il-principji taghna ma npartuhomx mal-poter. Hekk ghamilna fis-sittinijet u fl-ahhar rbahna. U hekk ghandna nibqghu naghmlu. Jekk ghas-sahha ta’ l-argument il-PN johrog bi programm li jnehhi it-taxxa tad-dhul u jzarma l-pensjonijiet u din togghob lil magguranza tal-poplu ahna qatt u qatt ma nistghu naccettaw dan u nweghdu l-istess biex nirbhu il-poter. Anzi ghandna naghmluha cara u nippuvaw nipperswadu l-magguranza li din hija erezija socjali u li hemm bzonn li l-magguranza ttella lil-partit halli mil-gvern jerga’ jistabilixxi l-principji socjali. Hekk ikunu
l-prinicpji.
Izda din l-UE tidher li mhux hekk. Jidher li issa qed nghidu li din rejalta’ gdida li ser naccettawha.
Naqbel. Izda la huwa hekk allura mhix principju. U
din il-gimgha kellna l-ahbar li l-punt li l-aktar li kien ibezzghana , li l-politika barranija tkun deciza bil-magguranza fl-UE u ghalhekk
nitilfu d-dritt ta’ veto fuqha, fil-fatt mhux se jsehh u il-politka komuni ta’ sigurata u affarijiet barranin ser tibqa’ deciza bl-unanimata’, jigifiei kull pajjiz jista juza l-veto fuqha.
Mela nhewden jien, kien hemm ghalfejn nitilfu elezzjoni u ngieghlu lil hafna laburisti favur l-UE jappoggaw lill-partit avversarju, biex nintebhu li dan mhux principju? Ma stajnix minn hafna qabel accettajna ir-rieda tal-poplu f’referednum u hdimna biex dan ir-referendum ma jsirx bhal ma sar, semplici ghodda politika li bil-flejjes pubblici vvantaggjat
lill-avversarji?
No comments:
Post a Comment