Sunday, 22 June 2003

Insult

Il-Kullhadd 
 
L-abbozz tal-ligi biex jigi ratifikat it-trattat ta’ shubija ta’ pajjizna fl-UE qed quddiem il-parlament.

M’inhiex fi hsibni noqghod nargumenta li permezz ta’ trattat bhal dan is-sovranita’ ta’ pajjizna ser tigi mxellfa sew ghax ser nissotmettu ruhna li naccettaw bla paroli decizjonijiet li jittiehdu fi Brussel li hafna drabi m’hu se jkollna l-ebda inflwenza fuqhom. Tant li fl-abozz hemm provdut li mhux biss qed nirrtifikaw dak li ga huwa miftiehem izda wkoll dak kollu li jista jigi miftiehem aktar ‘l quddiem skond kif ipprovdut fit-trattat.

Izda l-poplu kien jaf b’dan. Zgur li ma jistax jinghad li l-Partit Laburista ma ghamilx il-kaz car quddiem il-poplu li dan it-trattat itellef parti sew mis-sovranita’ taghna. Il-poplu fis-sapjenza tieghu ghazel li hemm affarijiet ohra li huma ta’ beneficcju superjuri u ddecieda favur li jsir trattat bhal dan.

Decizjoni tal-poplu torbot lil kullhadd skond ir-regoli tad-demokrazija u anke jekk ma naqblux li din kienet l-ahjar ghazla, irridu nirrispettaw id-dritt tal-gvern li jwettaq l-ghazla tal-poplu anke jekk anke nuru rispett lejn l-opinjoni tal-minorinza billi nivvutaw kontra.

Dment li l-partitjiet tal-kostituzzjoni li biex jinbidlu jehtiegu maggoranza ta’ zewg terzi ma jigux mittiefsa allura l-oppozizzjoni trid bilfors tirrispetta li titwettaq ir-rieda tal-magguranza skond ir-regoli tad-demokrazija.

Izda t-trattat li hemm ghall-approvazzjoni tal-parlament jikser wahda mil-principji fundamentali tad-demokraizja. Id-demokrazija titlob separazzjoni cara bejn il-funzjoni legizlattiva tal-parlament u l-funzjoni ezekuttiva tal-gvern.

Anke jekk il-gvern ghandu magguranza fil-parlament ma jfissirx li l-gvern u l-parlament huma l-istess haga u li l-gvern jista’ jaghmel affarijiet u jkun qisu ghamilhom il-parlament. Fost dawn hemm il-ligijiet. Il-gvern ma ghandux poter jghaddi jew jemmenda ligijiet. Dan il-poter jappartjeni lil-parlament. Il-parlament fil-ligijiet li jghaddi jista’ mbaghad jghati awtorilta’ lil-gvern li biex iwettaq il-ligijiet jista johrog Legal Notices fuq affarijiet ta’ dettal dwar l-ezekuzzjoni tal-ligi. Izda s-sustanza tal-ligi trid tghaddi mil-parlament.

Fl-abbozz dan il-principju qed jinkiser. L-abbozz qed ifittex li jghati poter lill-Prim Ministru li ghal perjodu tranzitorju ta sena mill-1 ta’ Meju tas-sena 2004, il-Prim Ministru wahdu ikollu poter li jibdel kull ligi ta’ Malta li jkun ghadda l-parlament Malti biex fejn din ma tkunx konformi mat-trattat kif inhu u kif jista’ jinbidel skond kif provdut fit-trattat stess, igibha konfermi u dan bla ma jkolli jgib l-ebda approvazzjoni tal-parlament.

Fl-opinjoni tieghi din hija insult lejn id-demokrzija billi qed tikser il-principju tas-separazzjoni tal-funzjoni legislattiva mill-funzjoni ezekuttiva u qed tiddivalwa l-istituzzjoni tal-parlament, fejn l-oppozizzjoni tista ssemma lehinha anke jekk fl-ahhar mill-ahhar il-gvern jista jimponi r-rieda tieghu permezz tal-magguranza.

Tajjeb niftakru li l-gvern Laburista fl-1998 waqa ghax tilef il-magguranza fil-parlament u dan qed nghidu biex nifhmu kemm hija importanti s-separazzjoni ta’ dawn iz-zewg istituzzjonijiet.

Jidhirli li din hija arroganza zejda tal-gvern ghax xorta seta halla kollox normali u jghaddi kull bdil ta’ ligi li jrid bil-proceduri tal-parlament. Izda jidher li l-arroganza tant zdidiet li d-demokraizja saret xkiel ghal gvern u jidhirlu li anke jekk ghal perjodu transitorju, jista jehles mix-xkiel tad-demokrazija parlamentari u jpoggi lill-Prim Minsitru bhala persuna singola li ghandha dritt li taghmel il-ligijiet.

Arrangamenti bhal dawn huma addattati ghal zmien in-nobbilta Franciza ta’ qabel ir-rivoluzzjoni fejn ir-re kien jghid li huwa l-ligi, u mhux ghal pajjiz demokratiku li lest jitlef parti mis-sovranita’ tieghu biex jidhol fil-kollettiv Ewropew. 

No comments:

Post a Comment