Il-Kullhadd
Il-Partit Laburista huwa partit kbir. Anke jekk
mhux kbir bizzejjed biex ikun fil-gvern xorta jibqa l-fatt li huwa partit kbir li jirraprezenta minoranza qawwija hafna tal-poplu Malti.
Xoghlna huwa li naghmluh partit akbar. Partit li
jkollu warajh il-magguranza assoluta tal-poplu Malti biex b’hekk nirbhu l-gvern.
Ghax
huwa biss mill-gvern li l-Partit jista’ jilhaq l-ghanijiet tieghu.
Mill-oppozizzjoni ma nistghux naslu biex inwettqu dak li ghalih nezistu. Mill-oppozizzjoni nistghu biss niddefendu izda ma nistghux nattakkaw u niskurjaw.
U niddefendu kemm niddefendu tajjeb, fl-ahhar naqilghu goal u nitilfu
l-loghba.
Anke jekk inkunu oppozzizzjoni ta 49.9% xorta ma jkunx bizzejjed biex niehdu l-gvern. Ghal dan ghandna bzonn magguranza, xejn anqas.
Issa ilna zmien twil wisq
fl-oppozizzjoni. Sa
l-elezzjoni li jmiss se nkunu ghamilna 21 sena shah fl-oppozizzjoni hlief ghal intervall qasir ta’ 22 xhar bejn 1996 –1998 li issa kwazi hadd ma ghadu jiftakarahom. Min ser jivvota ghall-ewwel darba fl-elezzjoni li jmiss m’hu se jkun jaf xejn hlief gvern nazzjonalista.
Biex nigbdu warajna magguranza daqshekk wiesgha fil-partit ghandna bzonn nghozzu d-diversita’. Biex ikollok partit daqstant kbir m’huwiex possibbli li kullhadd jaqbel ma kullhadd f’kollox.
L-importanti li jkun jaqbel mal-principji bazici izda fuq id-dettal tista’ tigi ttolerata diversita’ ta’ opinjoni.
Ghax biex nirbhu l-gvern irridu lil min huwa ahmar skur daqs lil min huwa roza car u maghhom irridu l-magguranza ta’ dawk li lewnhom abjad u
ohrajn li jibdlu l-kulur
minn celest ghal roza skond ic-cirkustanzi.
U zgur ma rridux ninfluwenzaw ruhna meta l-media
kkontrollata min-nazzjonalisti joqghodu jonfhu u jkabbar id-diversita’ taghna dwar dettalji u jpenguhom bhala xi firda strategika. Jekk naghmlu dan naqghu fin-nassa li jkunu nasbulna.
Ghax hija normalissima li partit kbir jittollera diversita’ dwar dettalji filwaqt li jitlob u jishaq dwar uniformita fuq il-principji bazici. Anke n-nazzjonalisti stess ghandhom diversita' ta opininjonijiet fuq dettalji. Hemm minnhom min huwa kaccatur daqs kemm hemm min huwa ambjentalist. Hemm min irid joqghod ghal kollox ghal li tghidilhom l-UE u hemm min irid jinnegozja aktar u jkun ezigenti izjed. Hemm min jemmen li l-UE hija s-soluzzjoni ta’ kollox u hemm min jahseb li l-UE ma ssolvi xejn u rridu nkunu ahna primarjament li nerfghu u ngorru
l-piz.
Biex inshahhu id-diversita’ irridu noqghodu attenti li ma naghmlux zbalji bhal ma ghamilna li nghollu ghal livell ta’ principji bazici affarijiet li wara niskopru li ma huma principji xejn u nkunu lesti nibdlu l-pozizzjoni taghna sempliciment biex naccettaw rejaltijiet godda li jizviluppaw mit-telfa elettorali. Il-principji bazici huma biss dawk li fil-gvern daqs kemm fl-oppozizzjoni ma jinbidlu qatt.
Jekk ntellghu ghal livell ta’ principji bazici affarijiet li jkunu biss tattici,
allura jigri
li nohonqu d-diversita’ u nitilfu parti mill-elettorat li taf tfisser id-differenza bejn gvern u oppozizzjoni.
U f’dan il-kuntest wiehed irid jifhem il-konnessjoni bejn id-diversita’ u
l-lejalta’. Jekk ser nittolleraw id-diversita’ biex nghaqqdu magguranza li twassalna ghal gvern ma nistghux li kull min ma jaqbilx maghna sa lanqas dettal narawh bhallikieku qed jonqos mil-lejalta’. Ma nistghux naccettaw id-diversita’ jekk imbaghad inqisu l-istess diversita’ bhala nuqqas ta’ lejalta’.
U hawn ta’ min jipprofondixxi il-kuncett ta’ lejalta’. Meta nghidu lejalta’ lejn min ghandha tkun din il-lejalta’? Ghandha tkun lejalta’ lejn il-persuni, lejn il-Partit jew lejn
in-nies komuni li huma l-gisem tal-partit li jezisti biex jiddefendi l-interessi taghhom bhala haddiema li jaqilghuha u jiekluha?
Dawn huma mistoqsijiet importanti li jehtieg li nkunu cari fuqhom jekk irridu tassew li jkollna partit haj, miftuh u li jikber biex nibdlu il-minoranza f’magguranza u biex mill-oppozizzjoni mmorru fil-gvern.
Jien nemmen li l-lejalta taghna ghandha tkun l-ewwel u qabel kollox lejn il-principji bazici tal-partit
, lejn il-principju
tas-socjalizmu demokratiku u
l-principju
tal-helsien, u dwar
dan ma ghandu jkunu hemm l-ebda margni ghad-diversita’.
B’hekk inkunu nistghu
tassew niddefendu l-interessi tan-nies tax-xoghol li ghalihom jezisti l-Partit Laburista.
Lejlata lejn il-persuni, huma min huma, huma sekondarji ghal lejalta’ lejn il-Partit u l-principji bazici tieghu. Jekk le nibnu, l-kult tal-persuna li huwa kontra l-principji tas-socjalizmu demokratiku fejn is-soliderjata’ ghandha tirbah fuq
l-individwalizmu.
Mela f’kull decizjoni li niehdu ghandha nizguraw li jkun hemm lejalta lejn il-principji bazici tal-partit u mhux lejn il-persuna, u li nhallu spazju kemm jista’ jkun wiesgha ghad-diversita halli nghaqqdu il-magguranza ghax dan huwa l-uniku mod li nistghu tassew inwettqu il-missjoni li ghaliha nezistu. Diskorsi u aspirazzjonijiet sbieh mill-oppozizzjoni jiswew ftit li xejn jekk ma jwassluniex biex nirbhu l-gvern. Attakki fuq laburisti genwini li ma jaqblux maghna dwar dettalji li ma joffendux il-principji bazici tal-partit, jiswew ferm u ferm anqas.
No comments:
Post a Comment