Il-Kullhadd
Anke mill-oppozizzjoni nahdmu biex inkattru l-gid. Dan pajjizna lkoll. Ahna tant ahna zghar li ma jkunx difficli tifhem li lkoll qeghdin f’dghajsa wahda. Jekk immorru hazin inbaghtu lkoll u jekk immorru tajjeb ingawdu lkoll.
Anke mill-oppozizzjoni nahdmu biex inkattru l-gid. Dan pajjizna lkoll. Ahna tant ahna zghar li ma jkunx difficli tifhem li lkoll qeghdin f’dghajsa wahda. Jekk immorru hazin inbaghtu lkoll u jekk immorru tajjeb ingawdu lkoll.
Bhala partit politiku li naspiraw li mexxu l-pajjiz mil-gvern nemmnu
li ahna ghandna merti biex immexxu l-pajjiz ahjar mill-avversarjio taghna. Izda l-poplu ma qabilx, jew ghal raguni jew
ghal ohra, u ahna suggetti ghad-decizjoni tal-poplu.
Mill-oppozizzjoni irridu inkomplu nistinkaw halli l-magguranza tigi
warajna waqt li nhallu l-gvern imexxi skond il-mandat elettorali tieghu u kull
fejn nistghu nghinu ha naghmlu l-gid.
Hazin min jghaddilu minn mohhu li xoghlna
fl-oppozizzjoni huwa li ntellfu u naghmlu l-bsaten fir-roti halli l-gvern
jitfixkel u jidher ikrah hekk kif il-ajjiz imur lura. Il-pajjiz huwa ahna. Jekk imur lura immorru lura mieghu. Aktar ma tkun zghir fis-socjeta’ aktar tbati
jekk il-pajjiz imur lura. Ghax iz-zghir
jehtieg l-ghajnuna ta’ l-istat permezz ta’ servizzi socjali u jekk l-istat ma
jkollux minn fejn l-ewwel li
jaqlaghha huwa zghir.
Ghalhekk anke mill-oppozizzjoni jehtieg li naghmlu sehmna biex
jitwettaq il-gid. Is-sehem principali
huwa tal-gvern ghax huwa ghandu r-responsabbilta’ ta’ tmexxija. Izda hemm certi problemili l-ebda gvern ma
jista’ jsolvi wahdu. Problemi li
ghandhom bzonn front nazzjonali biex insolvuhom halli l-pajjiz jimxi ‘l
quddiem.
Hemm wisq problemi li ilhom traskurati ghax il-gvern jibza’
jiffaccjahom li ma jmurx jidher ikrah.
Jekk jibqghu jigu traskurati aktar jigrilna bhal marda li tidhol il-gewwa
u l-kura taf tkun hafna aktar kumplikata u difficli. Fl-interess taghna stess li dawn il-problemi
nghinu biex jissolvew halli meta ghada pitghada nitilghu fil-gvern insibu li ma
irridux nibdew mill-bidu nett.
Jekk hemm dejn nazzjonali dan mhux tan-nazzjonalisti, avolja ghamluh
huma. Dan dejn taghna lkoll. Jekk is-servizzi socjali saru piz kbir li
l-pajjiz ma jiflahx habba ragunijiet ta’ demograifja din problema taghna
lkoll.
Izda meta nigu biex insolvu problemi ma nistghux ninsew li ahna
partit socjal demokratiku. Li ahna
f’kull ma naghmlu irridu nzommu f’mohhna lildawk tal-qiegh nett li jekk ma
jghinhomx l-istat jitkissru. Jekk
jintelqu ghal-forzi tas-suq jitghaffgu u jbatu l-faqar. F’qoxra ta’ blata bhalna ma nistghux nghixu
fejn minn gawdut sew hafna u min
ma ghandux x’jiekol.
Ghalhekk hadd ma ghandu jippretendi li l-Partit Laburista se jiehu
sehem f’xi pjan nazzjonali li suppost johloq il-gid billi jghakkes
liz-zghir. Jekk l-FOI tahseb li
l-problemi tal-pajjiz, problemi kbar, se nsolvuhom billi nattakkaw lil min
lanqas li jiflah u lil min ma jistax jiddefendi ruhu allura mhux talli mhux se
jsibuna maghhom talli se jsibuna kontrihom.
Ghax il-principji taghna niddefenduhom mill-oppozizzjoni daqskemm
mill-gvern.
Dal-pajjiz ghandu bzonn riforma, tigdid u ristruttura. Hemm bzonn naqtghu il-politika tat-tribujiet,
hemm bzonn mezz kif ikun hemm bilanc ahjar bejn id-drittijiet tal-haddiema bejn
dawk tas-settur pubbliku ma dawk tas-settur privat, hemm bzonn investiment kbir
fit-tahrig ta-haddiema, hemm bzonn qbil fuq jinghataw iz-zidiet ta’ l-gholi
tal-hajja bla ma nitilfu l-kompettiivita’, hemm bzonn studju sew dwar kif se
nsostnu il-kura medika pubblika u hemm bzonn tant u tant riformi
ohra.
Kollha difficli u li jehtieg ftehim wiesgha dwarhom biex il-piz
jintrefa b’mod ekwu ha naslu biex noholqu l-gid biex ikollna xi nqassmu u
nwieznu. Izda jekk l-FOI u ohrajn
jahsbu li tezisti xi soluzzjoni li titfa’ l-piz fuq min lanqas jiflah, fuq min
huwa bil-minimum wage, allura nahseb li lanqas biss ser
nibdew.
Nittamaw li dan kien zball minn
naha ta’l-FOI li jgahrfu li
ma jghinx halli nkunu naslu fi fethim wiesgha halli tassew jinholoq il-gid fi
sfond ta’ armononija socjali. Ejja
naqtghu l-ghazz u l-hela fejn hemm izda ejja ma ninsewx li lil hinn mil-flus
hemm id-dinjita’ tal-bniedem li ghadnu dritt jghix dicenti anke b’paga
minima. Ghax jekk innaqqsu l-paga
minima kif iridu ta’ l-FOI il-pass ta wara jkun li nnaqqsu il-beneficcji socjali
ghax inkella hadd ma jahdem bil-paga minima u kullhadd imur bil-benefeccji
socjali. U l-problema flok innaqsuha
inziduha.
No comments:
Post a Comment