Il-Kullhadd
Il-Partit Laburista qed jaghmel ezercizzju ta’ analizi biex jara ghala fl-elezzjoni ta’ April 2003 l-affarijiet ma tawx ir-rizultat mixtieq. Din l-analaizi
qed issir
minn working group imwaqqaf apposta li huwa awtonomu u indipendenti mil-partit biex kemm jista’ jkun tkun analizi objettiva u mparzjali. Haga bhal din turi s-serjeta’ tal-Partit li jiffaccja il-problemi ha jsolvihom flok jostorhom biex jahrab ir-rejalta’.
L-iskop ta’ ezercizzju ta’ analizi bhal din jinqasam fi tnejn. L-ewwel li naraw xi zbalji saru, jekk saru, jew xi stajna ghamilna aktar biex ir-rizultat ma jkunx hazin daqs kemm kien fit-12 ta’ April 2003.
Dan biex jekk saru zbalji jew nuqqasijiet ngharfu fejn kienu u nizguraw li nitghallmu minn din l-esperjenza hallu darb’ohra l-affarijiet naghmluhom ahjar. Halli darb’ohra ir-rebha ma tonqosx.
It-tieni biex
bhala partit serju naraw min ghandu jerfa’ ir-responsabbilta’ ta’ dak li gara halli kullhadd ikun kontabbli (accountable) lejn il-membri li jiffurmaw l-gheruq tal-Partit u lejn in-nies laburisti
li jiffurmaw il-minoranza qawwija ta’ 48% tal-elettorat malti.
Bhala oppozizzjoni tghidx kemm il-darba kkritikajna l-gvern ghan-nuqqas ta’ kontabbilita’. Ikkritikajna li flus il-poplu jigu sparpaljati u qisu ma gara xejn u m’hu resposnsabbli hadd. L-akbar gaffata kien il-bejgh tal-Mid-Med b’irhis fejn il-poplu ingidem b’madwar Lm50 miljun bla hadd ma
refa’ responsabbilta’.
Kritika bhal din hija xoghol l-oppozizzjoni u dan naghmluh u
nibqghu naghmlu biex niddefendu sa fejn huwa possibbli flus il-poplu mill-isparpaljar u hela li dan il-gvern sar rinomat ghalihom.
Izda l-ezempju irridu natuh billi l-ewwel niehdu hsieb sewwa hwejjigna stess. U ghalhekk jehtieg li l-analizi twassal ghal ezercizzju ta’ kontabilita’ biex kull min naqas jerfa ir-responsabbilita’ ta’ ghemilu.
Ma tkunx haga
sewwa u flokha li tlifna elezzjoni li konna assigurati li kellna nirbhu, li sfidajna l-gvern kemm il-darba biex jaghmilha maljar kemm jista’ jkun, u mbaghad nagixxu
qisu ma gara xejn. Qisu kemm kemm tlifna il-karozza tal-linja u issa kemm noqghodu fuq l-istage hames snin sa ma tasal karozza tal-linja ohra li ga bdejna nigu assigurati li din id-darba ser trikkiebna zgur. Ejja ma nurux kunfidenza zejda
La qed issir
l-analizi ikun xieraq li kullhadd jistenna bil-kwiet l-ezitu taghha qabel ma jsiru dikjarazzjoinijiet li jaghtu x’jifhem li din l-analizi se ssir ghalxejn ghax l-imhuh ga ffurmati u hemm min mhux lest jerfa’ r-responsabbilita’ jekk mill-analizi jirrizulta
li ghandu responsabbilta’ x’jerfa’.
Ejja nhallu lil working group ta’ l-analizi jahdem bla pressjoni ta’ dikjarazzjonijiet pubblici li aktar donnhom intenzjonati biex dak li jkun jiddefendi ruhu min akkuzi li ma sarux, milli biex tghin ha ssir analizi objettiva li twassal fejn ghanda twassal. Inkella stajna ma qabbadna
working group xejn.
Li naghmlu zbalji huwa normali. Li ma nitghallmux mill-izball ma huwa normali xejn.
Fl-ahharnett illum f’pajjizi Haz-Zebbug hemm il-festa ta’ San Filep. Nixtieq nifrah u nawgura lil poplu zebbugi kollu festa sabiha u mill-aqwa li tati gieh u qima lil qaddis patrun ta’ rahalna.
No comments:
Post a Comment