Thursday, 12 June 2003

Ibati z-zghir

L-Orizzont 

It-titli principali ta’ l-Orizzont tajumejn ilu kienu interessanti tassew u ta’ min jirrifletti dwarhom.

L-ewwel titlu kien jghid li l-FOI qed tilmenta li l-paga minina f’Malta hija gholja zzejjed u li din ghandha titbaxxa biex il-pajjiz jergajikseb il-kompettivita’ ma pajjizi barranin specjalment ma pajjizi tal-lvant ta’ l-ewropa li bhalna dehlin membri fl-UE u bhalna ser jikkompetu ghall-investiment barrani. It-tieni kien jghid li l-gvern Malti mhux fi hsiebu jaghmel referendum iehor biex japprova l-kostituzzjoni ‘l gdida ta’ l-UE li qed tigi mohmija mill-konvenzjoni taGiscard d’Estaing li eventwalment tigi approvata mill-membri ezistenti qabel ma jsir it-tkabbir f’Mejju tas-sena 2004.

Nibdew mil-ilment ta’ l-FOI dwar il-paga minima. Huwa fatt li pajjizna jehtieg ikun kompettiv. Huwa fatt li pajjizna mhux jigbed lejh investiment gdid li johloq ix-xoghol. Huwa fatt li l-ekonomija stagnata u hemm bzonn inizjattivi godda biex nibdew niccaqilqu.

Izda minn daqstant affarijiet li nistghu naghmlu il-krejattivitata’ l-FOI twassalha biex tibda billi tghakkes lil tataht net; lil min ga mghakkes; lil min tant huwa mghobbi li anke piz tatibna jaf joghtru?

Jehtieg li l-FOI tkun aktar imagginattiva u ma nahsbux li l-kompettivita’ l-pajjiz jistajiksibha biss billi jghakkes liz-zghir. F’pajjizna ga ghandna problema socjali li qed tikber aktar milli nahsbu. Din il-gimgha stess hareg rapport li juri li 15% qed jghixu taht jew vicin il-faqar. Kull min qed jghix bil-minimum wage zgur li jaqaf’din il-kategorija. Il-minimum wage paragonata ma l-gholi tal-hajja u ma l-ezigenza tasocjetali trid livell takonsum li jhabbatha mal- medja ta’ l-UE, huwa baxx hafna u min qed bil-minimum wage effitivament qed qed jghix fil-faqar.

Mela x’se nsolvu billi nnaqqsu l-minimum wage? Se nkattru l-problemi socjali li ga qed jikbru. U l-FOI tahseb li l-unions jistghu b’xi mod jaccettaw xi haga bhal din jew forsi l-FOI tahseb li l-unions qeghdin hemm ghalxejn?

Mela ejja nuru aktar krejattivitafis-soluzzjonijiet li nipproponu u ma nsibux targets facli f’min, ghax dghajjef, ma jistax jiddefendi ruhu.

Jien nasal biex nifhem li ghandu jkun hemm diskussjoni biex naslu ghal ftehim dwar tibdil fuq il-mod statutorju kif jinghataw iz-zidiet ta’ l-gholi tal-hajja. Nifhem li fejn hemm haddiema f’union nistghu nersqu lejn ftehim fejn dawn iz-ziediet jigu negozjati mill-union fil-pakkett kollu tal-collective agreement halli kemm jistajkun iz-zidiet ikunu parti ftehim li jtejjeb il-produttivitahalli b’hekk tigi mharsa l-kompettivitata’ l-azjenda. Izda min mhux f’union u allura aktarx jigi mhallas bil-minimum wage ma ghandna qatt nitlquh ghal rihu biex jigi mghaffeg mil-forzi tas-suq. Il-minimum wage jehtieg li mhux biss tinzamm izda nizguraw li tibqatigi mharsa fil-valur rejali taghha billi tizdied bl-gholi tal-hajja anke jekk nersqu lejn xi ftehim li zidiet ohra ta’ l-gholi tal-hajja ma jibqghux statutorji.

L-investiment lejn pajjizna ma nigbduhx bil-pagi baxxi. L-investiment nigbduh billi jkollna pajjiz efficjenti fejn nipproduci studenti imharrga li kapaci jaghtu lura fi produttivitagholja l-investiment li jsir fit-tahrig taghhom kemm waqt il-hajja skolastika u universitarja kif ukoll f’tahrig iehor li jinghata matul l-impjieg.

Pajjizna jehtieg jinvesti hafna fit-tahrig tal-haddiema anke dawk li ghadhom jahdmu biex b’hekk jitkattar il-kuncett ta’ employability u flexibility. Ghalhekk jekk se niddiskutu xi pjan nazzjonali biex inrendu l-pajjiz mill-gdid kompettiv irridu ma mmorrux ghal soluzzjonijiet simplistici li johoholqu problemi socjali kbar bhal tnaqqis fil-minimum wage. Jehiteg mmorru ghal affarijiet aktar serji u stabbli li filwaqt li jzidu l-flessibilita u jhallu n-negozjati tal-pagi kemm jistajkun fil-livell micro, fil-livell azjendali, ta’ l-ekonomija, fl-istess hin jizgura u jistimula li jsir investiment kontinwu fit-tahrig tal-haddiema. Din biss hija c-cavetta tal-progress, hekk biss nistghu nigbdu investiment serju lejn pajjizna. Haddiema mharrga u produttivi hija l-akbar attrazzjoni ghal investiment gdid.

U jekk indur ghal kwistjoni tal-kostituzzjoni ta’ l-UE rajtha stramba din li l-gvern qed isib diffikulta li jaqbel li anke f’Malta din eventwalment tghaddi permezz ta’ referendum. Mela issa referendum ma ghadux espressjoni demokratika tal-poplu fuq materja daqstanat importanti? U galadarba it-trattat ezistenti gie approvat permezz ta’ referendum allura kif kostituzzjoni gdida li tibdel it-trattat ghandna neskludu referendum?

Nahseb li ghadu kmieni biex tinsisti jew teskludi referendum. Ejja ha naraw ‘l ewwel x’se jkun il-ftehim ahhari dwar il-kostituzzjoni l-gdida u naraw kemm hemm divergenzi materjali mit-trattati tabhalissa.

Izda jekk kif jidher, se jkun hemm divergenzi kbar tant li diversi pajjizi fosthom Spanja u l-Irlanda, ga habbru li huma se jfittxu mandat dirett f’referednum minghand il-poplu, hazin li l-gvern Malti jibda minn issa jeskludi lill- poplu minn decizjoni daqstant kbira. Jekk jigri dan zgur u malajr naslu fi stat fejn il-poplu jibdajhossu distakkat mill-Ewropa li kull ma tmur ser tibda tikkontrollalu hajtu.

No comments:

Post a Comment