Sunday, 4 May 2003

Ma Ninsewx

Il-Kullhadd 

Filwaqt li nanilizzaw u nammettu fejn zbaljajna ma rridux la insawtu lilna nfusna u lanqas ninsew nikkritikaw lil min abbuza bid-demokrazija u uza rizorsi nazzjonali ghal skopijiet partiggjani.

U tajjeb li anke
minn fost l-ugiegh tat-telfa, bla ma noqoghdu nistriehu fuq skuzi facli jew nuzawhom bhala gustifikazzjoni biex ma naghmlu xejn u ma nbiddlu xejn, niftakru u nikkritikaw lill-gvern talli uza referendum nazzjonali bhala ghodda ta’ politika partiggjana.

Ghax jien ghad irrid niehu risposta ta’ mistoqsija li staqsejt ripetutament. La dan ir-referednum suppost li kien wiehed nazzjonali merfugh mill-politika fejn kulhadd suppost ivvota kif jahsibha dwar il-materja u mhux skond id-direttiva tal-partit li normalment ihaddan, mela allura kif referendum bhal dan inzamm lejliet l-elezzjoni?

Kif tista’ lejliet l-elezzjoni meta tikkarga t-tempra politika izzomm ezercizzju tant importanti fuq skala tassew nazzjonali?
“ Mela ejja ma ninsewx li kien x’kien ir-rizultat tar-referendum u ta’ l-elezzjoni dak li kien kundannabbli qabel jibqa’ kundannabbli wara. U huwa kundannabbli li l-gvern uza referendum suppost nazzjonali u rrendih f’ghodda ta’ politika partiggjana.”
U f’liema demokrazija vera gvern izomm referendum meta ma jkollux terminu legislattiv biex id-decizjoni tar-referednum tkun esegwita? Imkien.

Ghalhekk kien hemm argument qawwi li l-gvern kellu l-ewwel imur ghall-elezzjoni u mbaghad ir-referendum isir bil-kwiet wara. Anke llum li trattat gie iffermat fadal sebgha mill-ghaxar pajjizi li jridu jaghmlu referendum biex il-poplu jirratifika t-trattat. Il-Latvja taghmel ir-referendum l-ahhar net fl-20 ta’ Settembru 2003.

Mela ejja ma ninsewx li kien x’kien ir-rizultat tar-referendum u ta’ l-elezzjoni dak li kien kundannabbli qabel jibqa’ kundannabbli wara. U huwa kundannabbli li l-gvern uza referendum suppost nazzjonali u rrendih f’ghodda ta’ politika partiggjana.

Uzah aktar
minn kollox biex jaghti zvog ghan-nazzjonalisti li riedu jipprotestaw u mbaghad matul il-kampanja uza l-kariga biex lil dawn jaqdihom kull fejn seta’ ha jikseb il-vot taghhom.
“U minkejja li ninsabu fejn ninsabu u hemm bzonn analizi u korrezzjoni, ma rridux inhallu lin-nazzjonalisti jahsbu li b’daqshekk jistghu jaghmlu li jridu ghax issa inhafrulhom id-dnubiet kollha.”
Jekk xejn l-esperjenza uriet li dubji li kelli li r-referednum kien ser jintuza bhala ghodda partiggjana kienu konfermati u allura illum nista’ nikkundanna b’aktar qawwa ghax issa l-intenzjoni saret fatt, saret realtà.

U minkejja li ninsabu fejn ninsabu u hemm bzonn analizi u korrezzjoni, ma rridux inhallu lin-nazzjonalisti jahsbu li b’daqshekk jistghu jaghmlu li jridu ghax issa inhafrulhom id-dnubiet kollha.

Issa huwa z-zmien li nkunu aktar vigilanti. Filwaqt li r-rizultat jibqa’ dak li hu irridu nwasslu l-protesti taghna bhal partit li jirrapprezenta 48% tal-poplu, li d-demokrazija f’Malta hi marida. Li l-gvern Malti uza rizorsi pubblici ghal skop partiggjan. Li l-UE indahlet b’mod imprudenti fil-politika interna tal-pajjiz.

Jezistu fora internazzjonali fejn dawn jistghu jigu mistharrga u jekk hemm bzonn kundannati. Mhux biex jibdlu jew jannullaw ir-rizultat. Izda biex nuru li l-kritika taghna ta’ qabel kienet valida u li ser nibqghu vigilanti biex niddefendu l-interessi tal-minoranza li vvutat Labour kemm fuq bazi kollettiva u jekk ikun bzonn anke fuq bazi individwali.

Ma ninsewx li gara x’gara ghadna partit kbir u b’sahhtu li
minn issa irid jahdem biex jissahhah izjed ha jigbed warajh il-maggoranza kemm fl-elezzjonijiet ta’ bejn legislatura u ohra, izda aktar minn kollox fl-elezzjoni li tigi hames snin ohra.

No comments:

Post a Comment