Sunday, 18 May 2003

Opportunita

Il-Kullhadd 

Hekk kif jintemm l-ezercizzju dwar l-ghazla tal-leadership jehtieg li l-Partit Laburista jibda jhares ‘l quddiem.

Ghandna opportunitajiet kbar jistennewna li jekk nahdmu tajjeb ghalihom, bi pjan car, b’ghaqda shiha, u b’determinazzjoni qawwija nifthu kapitlu gdid u isbah.

Kull kontestazzjoni iggib xi ftit ta’ firda. L-ewwel irridu nahdmu biex din inhalluha warajna, nahilfu lejalta’ assoluta lejn il-mexxejja li gew maghzula demokratikament mil-konferenza generali, u nimxi ‘l quddiem flimkien. Fejn huwa possibbli naghmlu sforz biex jissewwew ukoll feriti antiki.
“Kull kontestazzjoni iggib xi ftit ta’ firda. L-ewwel irridu nahdmu biex din inhalluha warajna, nahilfu lejalta’ assoluta lejn il-mexxejja li gew maghzula demokratikament mil-konferenza generali, u nimxi ‘l quddiem flimkien.”
Irridu nkunu team li nghattu u mhux nikxfu d-difetti ta’ xulxin. Kullhadd ghandu d-difetti tieghu. Ghalhekk jehtieg ko-operazzjoni shiha f’teamwork biex flimkien inqawwu t-tajjeb ta’ xulxin u ntaffu d-difetti.

Filwaqt li ngharfu u nirrikonoxxu l-izbalji tal-passat dan irridu naghmluh biex nitghallmu u biex ghal quddiem inkunu aktar attenti mhux biex noqghodu nsawtu lilna nfusna u ncajpru l-vizjoni ta’ quddiemna.

 Fuq kollox irridu nizguraw li kull pass li naghmlu, kull decizjoni li niehdu tkun immiratha biss lejn haga wahda. Tkun mizura li biha ser tqarribna lejn il-poplu biex meta tigi elezzjoni ohra nigbdu warajna il-maggoranza li issa ilha wisq tahirbilna.

 In-nazzjonalisti kull ma jmur dejjem ser jesponu l-ghejja u l-kuntradizzjoni li dahlu fiha. Ser isibu ruhhom fi krizi biex wara li jkunu gabu is-shubija fl-UE li ilha tispirahom ghal dawn l-ahhar kwart ta’ seklu, ser ikollhom diffikulta’ biex issa jsibu sors iehor ta’ koncentrazzjoni li jispirahom ghal futur.

Din sitwazzjoni tixbah dak gara lilna wara l-1979. Galadarba dak li hdimna tant ghalih ksibnih, kellna problema biex insibu motivazzjoni gdida li zzommna iffukati fuq obejittivi ghal futur.
“il-mudell socjal demokratiku tal-Partit Laburista irid jigi mpoggi bhala focus gdid, objettiv modern ghal poplu kollu.”
Irridu nkunu pronti biex inkunu ahna li naghtu objettiv gdid u attrajenti lil pajjiz halli nigbdu il-maggoranza warajna. U ma ghadniex bzonn infittxu wisq biex inkunu nafu x’ghandu jkun dan l-objettiv.

Pajjizna jrid jimxi ‘l quddiem. Irid isir pajjiz modern b’ekonomija b’sahhitha u b’ekonomija tas-suq li toffri efficjenza u li thares mil- hela ta’ rizorsi. Ir-ristrutturar li ilu jistenna irid isir u jridu jaghmluh in-nazzjonalisti fil-gvern. Nghinuhom biex jaghmluh halli jispicca din li dejjem ipengu is-sabih lill-poplu u jahbu il-problemi taht it-tapit li jsibhom ma wiccu gvern laburista tal-futur. Dak li weghdu li jridu jaghmlu iridu jaghmluh issa halli tohrog il-verita’ u ma nibqghux nghixu f’dinja tal-holm.

U waqt li jsir dan ir-ristruttur il-Partit Laburista irid juri li fadallu ruh socjalista billi jizgura li l-mekkanizmi tas-suq ma jghaffgux lil min ma jistax jippartecipa fis-suq ghax ma jistax, ghax penjsonat, ghax marid jew ghax fil-hajja sabx l-opportunitajiet biex jimxi. Aktar ma nhallu s-suq imexxi l-ekonomija taghna aktar irridu nqawwu l-ispirtu socjalista biex ma nhallux lil-faxx t’isfel tas-socjeta jitghaffeg u jintrema. M’hu fl-interess ta’ hadd li jsir dan. Lanqas huwa fl-interess ta’ min kapaci jgawdi mis-suq. Certament li fuq din il-blata ckejna ma rridux li jkollna jhokku dar ma dar nies sinjuruni u ohrajn li ma ma ghandhomx x’jieklu.

U ghalhekk il-mudell socjal demokratiku tal-Partit Laburista irid jigi mpoggi bhala focus gdid, objettiv modern ghal poplu kollu. Jekk ngharfu nahdmu sewwa il-Partit Laburista jerga lura ghal glorja li tixraqlu.

No comments:

Post a Comment