Il-Kullhadd
Jien nikteb hafna. Rari jkolli problema biex insib fuq x’hiex nikteb u biex nesprimi ruhi b’mod li waqt li jkattar ir-rispett lejn l-opinjoni tieghi jien nuri rispett reciproku lejn l-intelligenza tal-qarrejja.
Mifxul ghax qatt ma bsart
li fil-Partit se nigu f’sitwazzjoni fejn nhar il-hamis irrid immur u nghazel
Mexxej bejn il-Leader ezistenti u kontestanti godda. Din qatt ma bsarta u qatt ma xtaqta li
tigri. Ma jien inwahhal f’hadd u
fl-istess him qed inwahhal f’kullhadd.
Ma nafx min huwa fis-sewwa u min huwa fl-izball. Ma nafx lanqas jekk il-bicca f’ihiex sewwa
jew f’ihiex zball jew ghandux ragun kullhadd jew ma ghandu ragun
hadd.
Il-Leader iddecieda fl-1 ta’ Mejju li jikkontesta wara li qabel kien
iddecieda li ma jikkontestax. Ghandu
dritt. Izda qajla naqbel li hu stess
ihajjar lill-kontestanti ohra biex johorgu kontrih. Ma nafux kemm hi kbira il-lejalta
tad-delegati lejn il-Leader? Ma nafux
li kull min ikun Leader ghandu vantagg awtomatiku fuq il-kontestanti l-ohra
specjalment jekk il-media tal-partit tkun thalliet ghal tlett gimghat trewwah
l-emozzjonijiet tan-nies?
Jien nikteb hafna. Rari jkolli problema biex insib fuq x’hiex nikteb u biex nesprimi ruhi b’mod li waqt li jkattar ir-rispett lejn l-opinjoni tieghi jien nuri rispett reciproku lejn l-intelligenza tal-qarrejja.
L-aktar li nikteb huwa fil-media bl-ingliz. Hemm il-Partit ghandu deficit qawwi u
jidhirli li l-prezenza tieghi hemm hija mportanti biex xi ftit dan id-deficit
jonqos u lehen il-partit jasal fejn huwa importanti li jasal. Fuq bazi persunali imur ahjar min jikteb fuq
il-medja bil-Malti izda dan ikattar biss il-popolarita tal-kittieb qalb
il-laburisti. Lill-partit din ma
tiswiehulu xejn ghalkemm tiswa’ hafna ghall-individwu. Bil-kontra il-presenza bhal tieghi fil-media
bl-ingliz tifsser u tiswa’ hafna ghal partit izda qajla ggib frott
lill-individwu.
Illum izda sibtha bi tqila biex nikteb dan l-artiklu. Ghax hemm hafna affarijiet li xtaqt li ma
jkollix ghalfejn niktibhom. Affairjiet
li nixtieq hafna li ma nghidhomx izda li ma nkunx onest mieghi innifsi u maghkom
jekk jien nibqa’ nzomm is-skiet.
Ghalhekk inhossni mifxul.
“Mifxul ghax
qatt ma bsart li fil-Partit se nigu f’sitwazzjoni fejn nhar il-hamis irrid immur
u nghazel Mexxej bejn il-Leader ezistenti u kontestanti
godda.”
|
Li naf hu li din il-bicca qatt ma grat fil-partit qabel u dejjem
xtaqt li ma tigrix. Ghax ahna partit
mibni b’mod qawwi fuq il-lejlata’ persunali lejn il-leader. Li tkun Leader tal-Partit Laburista huwa
privilegg kbir ghall-individwu. Huwa
post ta’ responsabbilta’ kbira li trodd lura b’mod dekoruz il-fiducja u
l-lejlata’ li joffru minn qalbhom il-laburisti ta’
Malta
kollha.
Jekk tridu taraw din il-lejalta harsu il-mod kif dejjem irrispondew
in-nies kull meta l-partit talabhom il-fondi.
Harsu lejn il-biki li naraw kull meta nsofru telfa elettorali. Hafna nies qishom qatghulhom bicca
minn gisimhom. Mhux ghax kienu jistennew xi premju jew
favur. Izda ghax ihobbu lill-partit, jahdmu ghall-partit u jridu jarawh
fil-gvern fejn jixraqlu.
Li nippretendu mil-leaders taghna huwa li mhux biss jaqdu din
il-funzjoni taghhom b’lejalta assoluta lejn il-partit u lejn il-principji
laburisti, izda li huma stess jaghrfu meta jasal iz-zmien li jwarrbu ha jaghmlu
spazju lill haddiehor li jista’ jmexxi ahjar.
“Ghalhekk
xtaqt li jew il-leader ma johrogx u allura jsir kuntest ghal leader gdid fuq
bazi aktar wiesgha jew jekk johrog il-leader ma jsirx
kuntest.”
|
Mela hemm xi haga hazina. Jew
hazina li l-Leader ser johrog wara zewg telfiet konsekuttivi jew hazin li ser
jigi kontestat. Ma nafx liem wahda
hazina. Ghandi l-opinjoni tieghi dwarha
li nippreferi inzomma ghalija biex ma nidhirx li qed nimbotta li jew
nostruzzjona lil xi hadd. Izda jew wahda
jew ‘l ohra hazina zgur.
Qatt ma kellna Leader li gie kontestat. Il-leaders taghna meta raw li wasal iz-zmien
li jmorru warrbu wahedhom. Hekk ghamlu
Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. Meta ddecidew li jibqghu dik id-decizjoni
ma gietx kontestatha. Irrispetajna
il-gudizzju taghhom li jidhrilhom li
fadallhom x’jaghtu lill-partit u li jistghu iwassluna ghar-rebha li
ghaliha jezisti l-partit. Partit
politku li ma jirbahx ma ghandux ghalfejn jezisti ghax qatt ma jista’ jilhaq
l-ghanijiet tieghu. Mill-oppozzizzjoni
tista biss tgerger u tikkritka imma ma tistax tohloq il-gid fl-interess tan-nies
li tirraprezenta. Anke jekk tkun
tirraprezneta 49% ghal dejjem ta’ dejjem.
Ghalhekk ninsab mifxul.. Ghalhekk xtaqt li jew il-leader ma johrogx u
allura jsir kuntest ghal leader gdid fuq bazi aktar wiesgha jew jekk johrog
il-leader ma jsirx kuntest. U jekk
ghandu jsir kuntest nemmen li kien ikun ahjar li jsir, jekk hemm bzonn li
jsir, wara li titlesta l-analizi ta’
x’wassal ghar-rizultat ta’ l-ahhar elezzjoni u jigu stabbiliti min ser jerfa
il-htija ghal dak li gara. Ma nistghux
nassumu li hadd ma ghandu htija. Li
qisu ma gara xejn.
No comments:
Post a Comment