L-Orizzont
Mil-figuri li gew pubblikati il-gimgha l-ohra jidher li d-deficit
ufficjali tas-sena ‘l ohra kien ta Lm88 miljun,
jigifieri Lm10 miljun akjtar milli kien stima il-Ministru fil-budget
f’Novembru li ghadda u Lm3 miljuni izjed mis-sena ta’ qabel u wkoll mis-sena
2000. Mela il-problema tad-deficit
mhix talli mhux qed tickien. Qed
tikber!
Anke kieku din kienet l-istorja kollha diga’ serja bizzejjed. Izda din mhux l-istorja kollha. Ir-rizultat ufficjali huwa mpitterminn hafna tbazwir u loghob
bil-figuri.
Ha naghti ezempju. Per
ezempju entita’ bhal Bank of Valletta li ghanda is-sena
finanzjarja taghlaq f’Settembru ta’ kull sena ma tantx jaghmlilha wisq differnza
jekk it-taxxa ta’ matul is-sena thallisiex f’Dicembru 2002 flok f’April 2003 u
f’Awissu 2003. Il-tlett data jaqghu
fis-sena finanzjarja sa Settembru 2003.
Matul il-kampanja elettorali kelli zewg okkazjonijiet fejn
f’dibattiti televizi mal-Ministru John Dalli ghedtlu li l-finanzi tal-Gvern
harbulu minn idejh u li l-ahhar figuri li kienu gew publikati sa dak iz-zmien,
jigifieri il-11 il-xahar sa Novembru 2002 kienu juru li kien se jmur zmerc
mil-figura tad-deficit li kien habbar fil-budget ghas-sena 2002 jigifieri Lm78
miljun.
Bla tlaqliq kont ghedtlu li l-fatt li l-elezzjoni se ssir qabel ma
johrogu il-figuri tal-finanzi tal-gvern ghas-sena shiha 2002 kien ifisser li
kollox jindika li rejalta’ qarsa tfigg wara l-elezzjoni.
Ma mortx zmerc. Minkejja li
l-Ministru Dalli ripetutament assigurana li kollox kien kif ippjanat u li matul
ix-xahar ta’ Dicembru id-dhul tal-gvern ikun qawwi hafna biex il-figuri
ghas-sena shiha ikunu dawk li kien habbar fil-budget, issa jidher li dan mhux
hekk.
“Mil-figuri
li gew pubblikati il-gimgha l-ohra jidher li d-deficit ufficjali tas-sena ‘l
ohra kien ta Lm88 miljun, jigifieri Lm10
miljun akjtar milli kien stima il-Ministru fil-budget f’Novembru li ghadda u Lm3
miljuni izjed mis-sena ta’ qabel u wkoll mis-sena
2000.”
|
Anke kieku din kienet l-istorja kollha diga’ serja bizzejjed. Izda din mhux l-istorja kollha. Ir-rizultat ufficjali huwa mpitter
Nibdew minn dak li s’issa jafu
kullhadd. Tant jafu kulhadd li anke l-ufficcju ta’ l-Istatistika kull dabrba
jerga jfakkurulna donnu biex jiskolpa ruhu minn tbazwira bhal din. Qed nghid ghal Lm21 miljuni li gew mislufa
lill-MIA mill-Bank of
Valletta u ghaddiethom il-gvern
bhala dhul ordinarju bhala parti mil-process ta’
privatizzazzjoni.
Dawn izda ma huma dhul ordinarju xejn. Dan huwa dhul stroardinarju li ma jergax
jirrepeti ruhu. Tbazwira ta’ darba. Mela dificit rejali irid jizdied b’Lm21
miljun. Minn Lm 88 miljun irid jitla’
ghal Lm109 miljuni.
Trid tiehu wkoll kunsiderazzjoni ohra. Is-sena ‘l ohra il-gvern dahhal Lm10.5
miljuni mill-iskema ta’ registrar ta’ investimenti barranin. Din ukoll haga ta’ darba. Izda l-gvern dahhalha mad-dhul
ordinarju. Mela d-deficit tassew
rikorrenti irid jizdied b’dan l-ammont u jkompli jitla ghal Lm120
miljun.
Izda hemm mistoqsijiet godda x’naghmlu. Jirrizulta li matul ix-xahar ta’ Dicembru
2002 id-dhul mit-taxxa tad-dhul (income tax ) zdied
minn Lm26.5 miljuni
f’Dicembru 2001 ghal Lm40 miljuni. Din qabza ta’ Lm13 il-miljuni zieda ta’ 50%
fuq l-istess xahar tas-sena ‘l ohra.
Qabziet bhal dawn m’humiex normali. Jitolbu spjegazzjoni. Zgur li ma kien xejn x’jiggustifika qabza
bhal din. L-ekonomija mghaxxa kienet u
mghaxxa baqghet. X’wassal ghal din
il-qabza stroardinarja fit-dhul mill-income tax? Jista xi hadd ilum jekk fin-nuqqas ta
spjega adekwata ghal zieda bhal din,
osservaturi ekonomici bhali jibdew jissuspettaw xi tbazwira finanzjarja
ohra bhal Lm21 miljun ta’ l-MIA?
Dan specjalment nissuspettah meta matul is-sena inbidlu ir-regoli
tal-Provisonal Tax biex id-Dipartiment
Tat-Taxxa ikun jista jiddeciedi hu meta it-taxxa provizjorja ghandha
tithallas.
“Ir-rejalta
tidher mill-mod kif qed jizdied id-dejn nazzjonali u kif il-flus
mil-privatizzazzjonu josfru bhal ma toghsfor caghqa meta twabbadha
fil-bahar.”
|
Izda lil Gvern jghamillu differenza kbira ghax jekk dhul li
normalment jidhol f’April jew Awissu ta din is-sena idahhlu f’Dicembru tas-sena
‘l ohra b’daqshekk ikun qed inaqqas id-deficit tas-sena ‘l ohra b’mod
artificjali.
Ma nistax niddikjara li gara hekk.
Izda fl-assenza ta’ spjegazzjoni meta hemm lok car ghal wahda, meta tkun taf li nbidlu r-regoli
tal-provisional tax, u meta ga ghandna
esperjenza ta’ kemm il-Ministru jhobb jilghabbil-figuri biex igib il-bocca fejn
il-likk, allura bilfors nahseb li hemm tbazwir mhux hazin fil-figuri tal-finanzi
pubblici tas-sena 2002 li ghadhom kif hargu.
Id-deficit rejali tas-sena ‘l ohra huwa mill-anqas Lm120 miljun u
probabbli izjed tqis iz-zieda stramba mid-dhul fl-income tax fix-xahar ta’
Dicembru 2002. Dan ifisser li ghadna
fejn konna jew addirittura morna lura minn
meta faqqghet il-bomba tad-deficit fl-ahhar ta’ l-1996. Lm300 miljuni fis-sena zieda fit-taxxi ma
servrew proprju ghal xejn ghax il-gvern nefaqhom flok naqqas
id-deficit.
L-ebda loghob bil-figuri ma jibdel ir-rejalta’. Ir-rejalta’ hi dik li hi u mhux dik li
jghidu il-figuri. Ir-rejalta tidher
mill-mod kif qed jizdied id-dejn nazzjonali u kif il-flus mil-privatizzazzjonu
josfru bhal ma toghsfor caghqa meta twabbadha fil-bahar.
Mhux ta b’xejn issa hawn certu tvenvina li l-Ministru tal-Finanzi qed
jillobja ha jiehu Ministeru iehor fejn ma jkunx responsabbli mil-budget. Ghax hames snin huma twal bizzejjed biex
ir-rejalta’ tohrog u r-rejalta ma tantx hija appettituza. Allura tajjeb li l-problemi jirithom
haddiehor, mhux hekk, issa li l-elezzjoni ghaddiet.
No comments:
Post a Comment