Sunday, 25 May 2003

Ringrazzjamenti u Awguri

Il-Kullhadd 

Matul dawn l-ahhar gimghat hdimt maghkom fil-kampanja ghan- nomina tieghi bhala Deputy Leader ghall-affairjiet tal-Partit.

Tajjeb nibda billi nirrangrazzja lil kullhadd dawk l’uhud li vvutawli kif ukoll dawk li ma vvutawlix. Kien hemm kuntest wiesgha fejn l-ghazla kienet tajba ghax konna hamsa li kollha fina hafna certu merti. Fil-fatt hafna nies stqarraw mieghu li kienu konfuzi sew biex jaghmlu l-ghazla ghax kif jghid l-ingliz ‘they were spoilt for choice’.

Issa l-ghazla saret. Sal – waqt li qed nikteb naf li se jsir kuntest bejn Michael u Varist ghal Deputy Leader tal-Partit filwaqt li Charles gie elett ma l-ewwel votazzjoni ghal Deputat Mexxej tal-Parlament.
“kinet esperjenza li ghallmitni hafna, smajt hafna, fhimt fejn hemm x’nirrangaw u kull fejn stajt urejt li l-Partit Laburista irid ihares il-boghod mil-problemi immedjati u jehtieg li nigu spriati minn objettivi godda li jilhqu l-ghanijiet taghkom.”
Ikun x’ikun ir-rizultat tal-kuntest bejn Michael u Varist, minkejja li jidher li Michael ghandu vantagg gmielu, il-Partit ser ikun servut sew b’zewgt ucuh godda u ferm kapaci fil-karigi ta’ Deputy Leaders.

Ghandhom hafna xoghol quddiemhom u dan irid jibda immedjatament biex naslu fejn ghandna naslu meta terga tissejjah elezzjoni. Perswaz li z-zewg mexxejja godda dan jafuh u lesti ghalih.

Irridu nifhmu li wahedhom dawn ma jistghu jaghmlu xejn. Iridu l-ghajnuna ta’ kull wiehed u wahda minna u nifhmu li l-problemi ma nsolvuhomx billi ngergru u nwahhlu f’dan u fl-iehor izda billi nahdmu, kemm individwalment kif ukoll kollettivamnet.

Jien ma jiddispjacini xejn li hrigt ghall-ellezzjoni ta Deputy Leader u ma tlajtx. Xorta kinet esperjenza li ghallmitni hafna, smajt hafna, fhimt fejn hemm x’nirrangaw u kull fejn stajt urejt li l-Partit Laburista irid ihares il-boghod mil-problemi immedjati u jehtieg li nigu spriati minn objettivi godda li jilhqu l-ghanijiet taghkom.

Li niltaqa’ mad-delegati daqstant mil-vicin kienet esperjenza sabiha li ghenetni u ghallmitni hafna. Nirringrazzjakom u nawgura il-leadership gdid taghna hafna hidma u xoghol siwi biex il-Partit Laburista jerga lura ghal glorja li tixraq lilu u lill-haddiema Maltin.

No comments:

Post a Comment