Maltastar
Ghalhekk nixtieq li
nara aktar spazju ghas-skiet, aktar spazju ghar-riflessjoni u anqas loghob bl-emozzjonijiet tan-nies. Minn naha ‘l ohra filwaqt li nitghallmu minn dak li gara, waqt li ninfethu ghal min ma qabilx maghna u telaqna, waqt li nsiru aktar inklussivi u noffru spazju ghal min sahansitra ghadu ma jaqbilx maghna sal-lum, ma jfissirx li min telaq u hallina naqdfu ghal sidirna b’daqshekk ghandu jitqies bhala eroj.
Flok ghamilna policy cara li naqblu u nintrabtu bir-referendum u hdimna biex dan isir fair, b’regoli maqbula u jsir wara l-elezzjoni inkella ma nippartecipawx fih, flok hadna l-kas taghna dwar dan fil-fora internazzjonali u anke ghand l-UE stess li zgur kienet tifhem li hemm bzonn ta’ elezzjoni qabel ir-referendum, flok dan ghamilna zmien twil nghidu li r-referednum ma jghoddx u li elezzjoni kollox. Li referendum ghalina ma jghoddx tambarniha tant li f’mohh il-poplu li saret tal-konkrit.
Meta hareg ir-rizultat tar-referendum
imbaghd bdilna d-diska. Ghedna mhux l-elezzjoni kollox. Ghedna naghmlu referendum iehor wara l-elezzjoni. Naqbel. Izda tard
wisq.
Mohh
il-poplu kien ghaqad. L-idejat kienu
saru tal-konkrit.
Biex
tkisser il-konkrit trid jackhammer.
Barra minn hekk ir-referendum kien sar. X’aptit jista’ jkollu l-poplu ghal referendum iehor?
Kieku kien possibbli f’dawn il-jiem ta’ wara t-telfa elettorali kont noqghod nirrifletti fis-skiet bla nikteb u bla nikkumenta. Naqqast il-kitba tieghi u smajt lil hafna nies li xtaqu jkellmuni biex juruni fehmthom. Kemm jista’ jkun qghadt lura milli nikkumenta.
Dan hu zmien ta’ riflessjoni u l-ahjar ir-riflessjoni ssir fis-skiet. Dan huwa zmien li l-Partit Laburista irid jiehu decizjonijiet importanti li jrid jghix maghhom mill-anqas sa elezzjoni ohra u ghalhekk jehtieg li jittiehdu fil-kalma u fis-serenita’ fl-interess tal-Partit u n-nies li jirraprezenta.
Ma ghandux ikun
hemm lok ghall-emozzjonijiet.
Ghandu jkun hemm biss ragunar san u decizjonijiet ghaqlija.
Nishaq fuq dak li ili ntambar fuqu,
li mill-oppozizzjoni ma tistax tilhaq l-ghanijiet tieghek anke jekk ikollok l-ahjar policies.
Dawn tista twettaqhom
biss mill-gvern u se nkunu ghaddejna mal-ghoxrin sena fl-Oppozizzjoni nixxenqu ghaz-zmien li nwettqu l-policies taghna waqt li l-poplu jibqa’ jaghzel lil haddiehor.
“Dan huwa zmien li l-Partit Laburista irid jiehu decizjonijiet importanti li jrid jghix maghhom mill-anqas sa elezzjoni ohra u ghalhekk jehtieg li jittiehdu fil-kalma u fis-serenita’ fl-interess tal-Partit u n-nies li jirraprezenta.”
|
Nghid ghalija jien kien hemm diversi affarijiet li fuqhom ma qbiltx mal-partit. Kull fejn
stajt urejt fehmti gewwa l-partit halli nipprova nikkonvinci. Fejn ma rnexxilix nikkonvinci u l-bicca tkun ghadha miftuha ghad-diskussjoni gieli wkoll hrigt fehmti barra mill-Partit bil-hsieb genwin li nuri li fil-Parrtit hemm diversita’ ta’ hsieb li jippermetti spazju anke ghal min ma jaqbilx maghna f’kollox. Ta dan hallast prezz li ma gejtx elett. B’daqshekk ma gara xejn. L-aghar li ma giex elett il-partit fil-gvern.
Forsi l-aktar kas car kien fil-kas tal-policies taghna dwar l-UE. Kont u ghadni nemmen li ahna kellna l-ahjar proposta fl-interess tal-pajjiz.
Izda sostnejt
minn dejjem li decizjoni kbira bhal din tappartjeni lil-poplu mhux lill-Partit. Sostnejt dejjem li din decizjoni li trid tittiehed f’referendum separatament mill-elezzjoni. Sostnejt li l-Partit ghandu jintrabat li jirrispetta d-decizjoni tal-poplu f’referednum.
Inhnaqt nghid izda
li dan irid ikun referendum serju li jsir wara l-elezzjoni u mhux referendum li jsir biss ghal konvenjenza tal-partit fil-gvern ha jghinu jirbah l-elezzjoni.
Ghamilna bil-kontra. Bla ma qatt kien hemm decizjoni dwar dan fl-organi addattati tal-Partit, il-Partit beda kontinwament isostni li din decizjoni li trid tittiehed permezz ta’ elezzjoni ghax dan programm ta’ gvern.
Ma qbiltx u qatt ma nista’ naqbel. Dik decizjoni li torbot mhux lil gvern izda wkoll lil gvernijiet ta’ wara u ghalhekk tappertjeni lil poplu bhala decizjoni specifika f’referendum u mhux pakkeggata fi programm elettorali.
Kien
car li jekk nippakkeggawhom konna ha nwegghu.
Konna se nikkostringu lil min jaqbel ma shubija fl-UE izda ma jaqbilx li jsostni gvern iehor nazzjonalista li jkollu jerga jivvota
PN.
“Il-kultura tal-Partit titlob lejlata’ assoluta u fiducja shiha fil-Leader taghna ha jkollu spazju shih ha jirrifletti minghajr pressjoni x’ikun l-ahjar ghal partit. Ghandna Leader
li zgur jasal ghal decizjoni fl-ahjar interess tal-Partit u meta jiehu din id-decizjoni tkun xi tkun ghandna nappogjawha.”
|
Dan juri li mhux biss trid tiehu decizjonijiet tajba izda trid tehodhom fil-hin biex dawn id-decizjonijiet jidhlu f’mohh il-poplu bla tbatija meta l-konkrit ikun ghadu frisk. Ghax la
l-concrete jaqghad l-ebda
decizjoni ta’ l-ahhar, tajba kemm hi tajba, m’hi ser tkissru u ttih il-forma li nkunu nixtiequ ahna.
M’inhiex nghid dan biex nahsel idejja. Il-bicca responsabbilta’ tieghi nerfaghha. Izda hekk
hemm bzonn jaghmel kullhadd kemm min baqa’ kif ukoll min telaq.
Il-Partit ma jmurx ‘l quddiem billi nohonqu d-diskussjoni jew billi noqghodu nordnaw ir-rapporti. Dawn inhalluhom ghan-nazzjonalisti.
Il-Partit imur ‘l quddiem billi nirriflettu sewwa, nitkellmu car u niehdu decizjonijiet bil-kalma.
Il-kultura tal-Partit titlob lejlata’ assoluta u fiducja shiha fil-Leader taghna ha jkollu spazju shih ha jirrifletti minghajr pressjoni x’ikun l-ahjar ghal partit.
Ghandna Leader li
zgur jasal ghal decizjoni fl-ahjar interess tal-Partit u meta jiehu din id-decizjoni tkun xi tkun ghandna nappogjawha.
No comments:
Post a Comment