L-Orizzont
Kieku kien possibbli f`dawn il-jiem ta` wara t-telfa elettorali kont noqghod nirrifletti fis-skiet bla nikteb u bla nikkumenta. Naqqast il-kitba tieghi u smajt lil hafna nies li xtaqu jkellmuni biex juruni fehmthom.` Kemm jista` jkun qghadt lura milli nikkumenta.
Dan hu zmien ta` riflessjoni u l-ahjar ir-riflessjoni ssir fis-skiet. Dan huwa zmien li l-Partit Laburista irid jiehu decizjonijiet importanti li jrid jghix maghhom mill-anqas sa elezzjoni ohra u ghalhekk jehtieg li jittiehdu fil-kalma u fis-serenita` fl-interess tal-Partit u n-nies li jirraprezenta.
Ma ghandux ikun hemm` lok ghall-emozzjonijiet. Ghandu jkun hemm biss ragunar san u decizjonijiet ghaqlija.` Nishaq fuq dak li ili ntambar fuqu,` li mill-oppozizzjoni ma tistax tilhaq l-ghanijiet tieghek anke jekk ikollok l-ahjar policies. Dawn tista twettaqhom biss mill-gvern u se nkunu ghaddejna mal-ghoxrin sena fl-Oppozizzjoni nixxenqu ghaz-zmien li nwettqu l-policies taghna waqt li l-poplu jibqa` jaghzel lil haddiehor.
`Dan huwa zmien li l-Partit Laburista irid jiehu decizjonijiet importanti li jrid jghix maghhom mill-anqas sa elezzjoni ohra u ghalhekk jehtieg li jittiehdu fil-kalma u fis-serenita` fl-interess tal-Partit u n-nies li jirraprezenta.` Ghalhekk nixtieq li nara aktar spazju ghas-skiet, aktar spazju ghar-riflessjoni u anqas loghob bl-emozzjonijiet tan-nies. Minn naha `l ohra filwaqt li nitghallmu minn dak li gara, waqt li ninfethu ghal min ma qabilx maghna u telaqna, waqt li nsiru aktar inklussivi u noffru spazju ghal min sahansitra ghadu ma jaqbilx maghna sal-lum, ma jfissirx li min telaq u hallina naqdfu ghal sidirna b`daqshekk ghandu jitqies bhala eroj.
Nghid ghalija jien kien hemm diversi affarijiet li fuqhom ma qbiltx mal-partit. Kull fejn stajt urejt fehmti gewwa l-partit halli nipprova nikkonvinci. Fejn ma rnexxilix nikkonvinci u l-bicca tkun ghadha miftuha ghad-diskussjoni gieli wkoll hrigt fehmti barra mill-Partit bil-hsieb genwin li nuri li fil-Parrtit hemm diversita` ta` hsieb li jippermetti spazju anke ghal min ma jaqbilx maghna f`kollox. Ta dan hallast prezz li ma gejtx elett. B`daqshekk ma gara xejn.` L-aghar li ma giex elett il-partit fil-gvern.
Forsi l-aktar kas car kien fil-kas tal-policies taghna dwar l-UE. Kont u ghadni nemmen li ahna kellna l-ahjar proposta fl-interess tal-pajjiz.` Izda sostnejt minn dejjem li decizjoni kbira bhal din tappartjeni lil-poplu mhux lill-Partit. Sostnejt dejjem li din decizjoni li trid tittiehed f`referendum separatament mill-elezzjoni. Sostnejt li l-Partit ghandu jintrabat li jirrispetta d-decizjoni tal-poplu f`referednum. Inhnaqt nghid izda li dan irid ikun referendum serju li jsir wara l-elezzjoni u mhux referendum li jsir biss ghal konvenjenza tal-partit fil-gvern ha jghinu jirbah l-elezzjoni.
Ghamilna bil-kontra.` Bla ma qatt kien hemm decizjoni dwar dan fl-organi addattati tal-Partit, il-Partit beda kontinwament isostni` li din decizjoni li trid tittiehed permezz ta` elezzjoni ghax dan programm ta` gvern.
Ma qbiltx u qatt ma nista` naqbel. Dik decizjoni li torbot mhux lil gvern izda wkoll lil gvernijiet ta` wara u ghalhekk tappertjeni lil poplu bhala decizjoni specifika f`referendum u mhux pakkeggata fi programm elettorali.` Kien car li jekk nippakkeggawhom konna ha nwegghu.` Konna se nikkostringu lil min jaqbel ma shubija fl-UE izda ma jaqbilx li jsostni gvern iehor nazzjonalista li jkollu jerga jivvota PN. `Il-kultura tal-Partit titlob lejlata` assoluta u fiducja shiha fil-Leader taghna ha jkollu spazju shih ha jirrifletti minghajr pressjoni x`ikun l-ahjar ghal partit. Ghandna Leader li zgur jasal ghal decizjoni fl-ahjar interess tal-Partit u meta jiehu din id-decizjoni tkun xi tkun ghandna nappogjawha.`
Flok ghamilna policy cara li naqblu u nintrabtu bir-referendum u hdimna biex dan isir fair, b`regoli maqbula u jsir wara l-elezzjoni inkella ma nippartecipawx fih, flok hadna l-kas taghna dwar dan fil-fora internazzjonali u anke ghand l-UE stess li zgur kienet tifhem li hemm bzonn ta` elezzjoni qabel ir-referendum, flok dan ghamilna zmien twil nghidu li r-referednum ma jghoddx u li elezzjoni kollox.` Li referendum ghalina ma jghoddx tambarniha tant li f`mohh il-poplu li saret tal-konkrit.
Meta hareg ir-rizultat tar-referendum imbaghd bdilna d-diska.` Ghedna mhux l-elezzjoni kollox.` Ghedna naghmlu referendum iehor wara l-elezzjoni. Naqbel. Izda tard wisq. Mohh il-poplu kien ghaqad.` L-idejat kienu saru tal-konkrit.` Biex tkisser il-konkrit trid jackhammer. Barra minn hekk ir-referendum kien sar.` X`aptit jista` jkollu l-poplu ghal referendum iehor`
Dan juri li mhux biss trid tiehu decizjonijiet tajba izda trid tehodhom fil-hin biex dawn id-decizjonijiet jidhlu f`mohh il-poplu bla tbatija meta l-konkrit ikun ghadu frisk.` Ghax la l-concrete jaqghad l-ebda decizjoni ta` l-ahhar, tajba kemm hi tajba, m`hi ser tkissru u ttih il-forma li nkunu nixtiequ ahna.
M`inhiex nghid dan biex nahsel idejja.` Il-bicca responsabbilta` tieghi nerfaghha.` Izda hekk hemm bzonn jaghmel kullhadd kemm min baqa` kif ukoll min telaq.
Il-Partit ma jmurx `l quddiem billi nohonqu d-diskussjoni jew billi noqghodu nordnaw ir-rapporti. Dawn inhalluhom ghan-nazzjonalisti.` Il-Partit imur `l quddiem billi nirriflettu sewwa, nitkellmu car u niehdu decizjonijiet bil-kalma. Il-kultura tal-Partit titlob lejlata` assoluta u fiducja shiha fil-Leader taghna ha jkollu spazju shih ha jirrifletti minghajr pressjoni x`ikun l-ahjar ghal partit. Ghandna Leader li zgur jasal ghal decizjoni fl-ahjar interess tal-Partit u meta jiehu din id-decizjoni tkun xi tkun ghandna nappogjawha.
Thursday, 1 May 2003
Zmien ir-Riflessjoni
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment