L-Orizzont
Dak iz-zmien wara sittax il-sena fil-gvern hafna accettaw dik
it-telfa bhala rutina demokratika li tghaddi malajr wahedha. Kienu jahsbu li l-post naturali taghna kien
fil-gvern ghax il-magguranza kbira tal-Maltin huma haddiema u ghalhekk wara li
ppruvaw lin-nazzjonalisti daqs li kieku kienu xi frotta pprojbita, malajr kien
jiddispjacihom u jergghu ipoggu l-Partit fil-gvern. L-affarijiet ma grawx hekk u ma ghandniex
nassumu li fil-futur l-affarijiet ser jahdmu kif nixtiequhom
wahedhom.
Quddiem dan kollu il-Partit Laburista irid juri li ghandu
vizjoni. Vizjoni mhux biss li
nikkritikaw. Vizjoni li nkunu parti
mis-soluzzjoni. Vizjoni ma nghatux lok
il-gvern li jghid li ma sabx appogg minn ghandna biex problemi
bhal dawn jigu indirizzati fuq bazi nazzjonali.
Nhar is-sibt li ghadda
fethet legislatura gdida, l-ghaxar wahda ta’ wara
l-indipendenza.
Minn dawn l-ghaxar
legizlaturi il-Partit Laburista rebah erbgha u tilef sitta.
Zgur li kullhadd jaqbel li hemm bzonn qawwi li ghall-elezzjoni li
tigi fi tmiem il-legizlatura li ghada kif bdiet, il-Partit Laburista irid
jipprepara bil-kbir ghax jekk ma nirbhux l-elezzjoni li jmiss nhezzu l-istess
ezistenza tal-Partit.
Forsi wiehed jithajjar jargumenta li ghadu kmieni wisq biex nahsbu
ghall-elezzjoni li jmiss. Ma
naqbilx. Qatt m’hu kmieni. Biex naslu fejn irridu naslu hemm hafna
xoghol xi jsir li jrid jiehu z-zmien.
Mohh il-poplu ma tibdlux mil-lum ghal ghada. Tibdlu bil-mod il-mod, bil-konvinzjoni,
bil-perzwazjoni, bl-addattament ta’ policies cari, sensibbli u
konsistenti.
Biex naslu sa hames snin ohra irridu nibdew mil-lum. U nibdew ma jfissirx li rridu nibdew
nikkritikaw u nopponu lill-gvern. Dan
naghmluh ukoll. Dan xoghlna. Izda xoghlna jmur hafna izjed lil
hemm.
Ma rridux nxettlu l-fehma, li donna hija komuni, li kull ma rridu
naghmlu huwa nhallu l-gvern jghaffeg u jhawwad u n-nies eventwalment tinduna xi
zball ghamlu li skartaw lilna u b’hekk fl-elezzjoni li gejja wahedhom jegghu
jghazlu lilna bla tahbit ta’ xejn.
L-affarijiet ma jimxux hekk.
Argumenti bhal dawn kont nismaghhom min hafna
minn shabi fil-legizlatura
ta’ bejn l-1987 u l-1992.
“jekk
trid iggib il-magguranza tal-poplu wara l-vizjoni tieghek trid tahdem ghaliha ha
tirbah l-imhuh, tixghel l-entuzjazmu u toffri ruhek bhala spirazzjoni ta’
soluzzjoni tal-problemi li jkunu qed ikiddu
lill-poplu.”
|
Jekk tghallimt haga fil-poltika hija li l-poplu dejjem ghandu
ragun. Li d-decizjoni tal-poplu trid
tirrespettaha. Li jekk trid iggib
il-magguranza tal-poplu wara l-vizjoni tieghek trid tahdem ghaliha ha tirbah
l-imhuh, tixghel l-entuzjazmu u toffri ruhek bhala spirazzjoni ta’ soluzzjoni
tal-problemi li jkunu qed ikiddu lill-poplu.
U hawn hafna problemi li qed ikidduh lil-poplu. Ara ma tahsbux li l-poplu iblah u jemmen
li billi tella’ in-nazzjonalisti mill-gdid fil-gvern jew billi se nsiru membri
ta’ l-UE b’daqshekk solvejna xi problemi milli ghandna.
L-esperjenza tieghi hija li hafna minn dawk li mhux tipikament
nazzjonalisti din id-darba ivvutaw favur l-UE u favur in-nazzjonalisti mhux ghax
jemmnu li nazzjonalisti kien jixirqilhom mill-gdid il-gvern, izda ghax jemmnu li
minghajr id-dixxiplina esterna ta’ l-UE dan il-pajjiz ma kienx se jsib il-forza
gewwiena biex jindirizza il-problemi li qed jifnuh u qed jippregudikaw
il-kwalita’ tal-hajja ghal familja taghhom u ghal
uliedhom.
Qed naraw b’ghajnejna kif il-problemi tal-finanzi tal-gvern qed
jikkargaw u mhux jonqsu. Qed naraw li
l-problemi ta’ l-ambjent, lil hinn mir-roundabouts, ghadhom hemm bil-kbir. It-tniggiz ta’ l-arja u l-bahar, l-immaniggar
ta’ l-iskart, traffiku u toroq li jaqtghulek nifsek huma problemi kbar li ma
solvejnihomx bid-decizjoni tat-12 t’ April.
It-telfien ta’ impjiegi, l-incertezza ta’ fabbriki li qdiemu,
in-nuqqas ta’ investiment dirett minn barra, ic-cpar li
jdawwar is-sostenn tas-servizzi socjali
fil-pensjonijiet, fis-sahha u
l-edukazzjoni ghadhom hemm, u
kif.
“Il-vizjoni taghna ghandha tkun li dawn il-problemi mhux biss
nispjegawhom izda nuru x’jistghu ikunu is-soluzzjonijiet
ghalihom.”
|
Zgur li hawn min ma jaqbilx u jippreferi nhallu l-gvern igerfex wahdu
u noqghodu gallerija narawh ikompli jhawwad.
Anke jien gieli kelli din it-tentazzjoni. Izda dan mhux fl-interess tal-pajjiz u
tal-haddiema li rridu niddefendu. Jekk
naghmlu hekk dawn il-problemi jibqghu jingemghu taht it-tapit sa ma fl-ahhar
jixpakkaw u jifqghu lil kulhadd l-aktar lil min huwa
debboli.
Il-vizjoni taghna ghandha tkun li dawn il-problemi mhux biss
nispjegawhom izda nuru x’jistghu ikunu is-soluzzjonijiet ghalihom. Fis-soluzzjonijiet taghna irridu nirrispettaw
il-principji socjal demokratici li jispirawna u zgur ma nistghux inhallu
il-forzi liberi tas-suq ikunu is-soluzzjoni ta’ kollox.
Irridu mmorru oltre. Irridu nuru li meta nkunu fil-gvern ghandna
vizjoni biex inkomplu nizviluppaw is-servizzi socjali u l-kundizzjoniejiet
tax-xoghol fl-ispirtu socjal demokratiku.
Wasal iz-zmien li nergghu naghtu spinta qawwija ghax is-servozzi socjali
f’pajjizna li ilhom ggamjati u l-gvern dejjem jorqom u jnaqqas fihom permezz ta’
means testing. Ejja nghidu li dan
jista’ jkun bzonnjuz biex dawn jghinu lil min tassew ghandu bzonn izda mbaghad
hemm inizijattivi godda li huma ferm mehtiega.
Inizjattivi bhal introduzzjoni ta’ hinijiet flessibbli tax-xoghol. Servizzi ta’ child minding ha jghinu
lin-nisa li jixtiequ jahdmu. Drittijiet
ugwali ghal haddiema tal-privat u tal-gvern.
Dritt tal-haddiema li jkunu jafu il-qaghda finanzjarja ta’ min
ihaddimhom. Dritt tal-haddiema ghal
tahrig anke waqt li jkunu jahdmu u bini ta’ fondi biex jipprovdu ghal kumpens
xieraq f’kas ta’ redundancies.
Dawn huma l-affarijiet li ghandhom jispirawna biex il-maggoranza
tal-haddiema Maltin jerghu jaraw fil-Partit Laburista ir-rifugju naturali
taghhom.
No comments:
Post a Comment